KLABB TAS-SAJF FL-ORATORJU DON BOSCO


L-Oratorju Don Bosco se jerġa’ jorganiżża Klabb tas-Sajf għat-tfal u l-istudenti bejn 4 snin u 13-il-sena matul is-sajf li ġej. Dan il-Klabb se jlaqqa’ diversi gruppi ta’ subien u bniet skont l-eta’ tagħhom għal diversi attivitajiet kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9.00am u nofsinhar matul Lulju u Awwissu.

L-attivitajiet, taħt superviżjoni ta’ għalliema u leaders oħra, jinkludu Quddiesa kuljum, diversi oqsma ta’ arti u crafts, mużika, żfin, drama, sports kif ukoll ħarġiet ta’ kultura u divertiment. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Oratorju Don Bosco stess u jibqgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Mejju. Din is-sena se jerġa’ jsir ukoll programm speċjali għal dawk li qegħdin fil-Year 8 jew Form 2.

NB. L-applikazzjonijiet jistgħu wkoll jiġu downloaded minn fuq il-websajt tal-
Oratorju: donboscogozo.org