Traġedja umana meta leġislaturi jfittxu jgħaġġlu t-tmiem tal-ħajja


L-Arċisqof Eamon Martin tal-Irlanda ħa sehem fir-“Rally għall-Ħajja” li sar f’Dublin fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn għamel diskors dwar is-santità u d-dritt għall-ħajja tat-tarbija fil-ġuf. Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li fid-diskors tiegħu l-Arċisqof qal: “Illum irrid inkun solidali ma’ dawk l-eluf ta’ persuni fl-Irlanda li jemmnu bis-serjetà li fit-tqala hemm involuti żewġ pesuni – il-ħajja tal-omma u dik tat-tarbija mhux mitwielda – it-tnejn għandhom bżonn l-imġabba, ir-rispett u l-protezzjoni.

eamon-martin.jpg
L-Arċisqof Eamon Martin

Huwa kompla jgħid li aktar minn sena wara r-referendum dwar l-abort, qed jitlob għal aktar għajnuna prattika għan-nisa vulnerabbli tal-pajjiż li jħossu li l-uniku mod kif joħorġu minn kriżi hu li jtemmu l-ħajja tat-tarbija li għad ma twelditx. Huwa wera t-tħassib serju tiegħu dwar għajdut li qed ikunu kunsidrati emendi għal-liġi Irlandiża li se jkunu diskussi fil-Parlament Ingliż il-ġimgħa d-dieħla maħsuba biex ineħħu mil-liġi il-protezzjoni legali għat-tarbija fil-ġuf u tidħol ma ddumx il-legaliżazzjoni tal-abort meta titlobha l-mara. Xi traġedja umana hi din li leġislaturi jfittxu jgħaġġlu t-tmiem tal-ħajja ta’ dawk fis-soċjetà tagħna li mhux kapaċi jiddefendu lilhom infushom.

Rapport mill-Kamra tal-A]barijiet ta’ Radju Marija