Il-Papa Franġisku stqarr li fl-2020 jixtieq iżur pajjiżu.


F’intervista mogħtija lill-gażżetta Arġentina “La Nacion” aktar kmieni dan ix-xahar il-Papa Franġisku stqarr li fl-2020 jixtieq iżur pajjiżu.

fraGħalissa din hi l-unika informazzjoni li nafu dwar il-possibbiltà ta’ żjara appostolika tal-Papa fil-patrija tiegħu.  Bi qbil mal-Kardinal Paietro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, jidher li Franġisku suġġerixxa xi data imma din għadha mistura skont ma’ rrappurtat il-gażżetta “La Nacion”.

L-awtur tal-intervista spjega li l-Papa jixtieq imur iżur ‘il-pajjiż fejn twieled, meta jerġa’ jkun hemm il-kalma fl-Arġentina wara li tkun saret l-elezzjoni presidenzjali.

Il-ġurnalista Joaquin Morales Sola żied jgħid li ma kinitx b’kumbinazzjoni li l-Papa ħabbar diż-żjara issa, żjara li aktarx tkun tinkludi wkoll l-Urugwaj.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.