L-Isqfijiet Kattoliċi fil-Ġermanja qed iħejju għal Assemblea Sinodali li fost it-temi biex jiġu diskussi se jkollha ċ-ċelebat tas-Saċerdoti, it-tagħlim tal-Knisja dwar is-sesswalità tal-persuni u r-rwol tan-nisa fil-ministeri u fl-uffiċċji tal-Knisja.
L-Assemblea, li se tibda fl-Avvent li ġej u se tkun fuq medda ta’ sentejn hi mmexxija mill-Kardinal Reinhard Marx. Bi stil ġentili u ta’ missier, il-Papa kiteb lill-Isqfijiet Ġermaniżi dwar ċerti temi ma jwieġbux għall-vokazzjoni li l-Knisja hi msejħa għaliha u talab lill-Isqfijiet biex ma jfittxux soluzzjonijiet fi strutturi ta’ poter imma jaħdmu għall-evanġelizzazzjoni u għall-grazzja tal-Mulej għax huwa Hu li jieħu l-inizjattiva.