L-Arċisqof jintervjeni biex tfal ma jitkeċċewx minn Malta

Print Friendly, PDF & Email

L-Arcisqof Charles J. Scicluna qiegħed f’kuntatt mal-Gvern biex joffri l-għajnuna tal-Knisja halii 22 tifel u tifla, uħud minnhom ta’ sentejn, ma jitkeċċewx minn Malta. Dan kien mis-sit, Newsbook.com.mt.

cjsAktar kmieni l-Arċisqof Charles Scicluna fi tweet li għamel appella lill-parroċċi kollha, lill-kongregazzjonijiet reliġjużi, lill-gruppi Kattoliċi u lis-soċjeta biex jikkunsidraw “jadottaw” lit-22 tifel u tifla, fil-maġġoranza mis-Serbja, u li huma mhedda bi tkeċċija minn Malta. Huwa qal li jekk meħtieġ il-komunita nisranija għandha tkun lesta li tagħti għajnuna finanzjarja.

Il-gazzetta The Sunday Times of Malta dalgħodu irrappurtat li Identity Malta qiegħda thedded lil dawn it-tfal bi tkeċċija minn pajjiżna peress li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux €19,000 fis-sena flimkien ma’ €3,800 żejda għal kull tifel u tifla li jkollhom. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux dħul mis-sahra jew xi bonus.

Ara r-ritratt tat-tfal u r-rapport tat-Times of Malta …

Inti tista’ tiffirma petizzjoni biex dawn it-tfal ma jitkeċċew:  http://chng.it/v5MQGr9KxV

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: