Miet il-Kardinal Propero Grech

Print Friendly, PDF & Email

Dalgħodu, l-Istitut Patristiku Agostinjan f’Ruma ħabbar il-mewt tal-Kardinal Malti Prospero Grech li lejlet il-Milied għalaq 94 sena.  Huwa miet Ruma llum stess.

Il-Kardinal Grech twieled fil-Birgu fl-24 ta’ Diċembru 1925, u huwa reliġjuz fl-Ordni Agostinjan. Kien wieħed mill-fundaturi tal-Istitut Patristiku Agostinjan f’Ruma.

Fi Frar ta’ 8 snin ilu, il-Papa Emeritu Benedittu XVI kien ħatru bħala t-tieni kardinal Malti.

Minħabba li fl-aħħar konklavi huwa kellu diġà 87 sena, huwa ma kellux dritt li jivvota, imma huwa kien magħżul biex jagħmel meditazzjoni lill-Kardinali l-oħra qabel huma jitfgħu l-vot tagħhom.

Jumejn wara l-elezzjoni ta’ Franġisku, Prospero kien ikkonċelebra mal-Papa l-ġdid fil-parroċċa ta’ Sant’ Anna f’Ruma.  Fi tmiem il-quddiesa, il-Papa dar fuq il-Kardinal Malti u qallu, “Inti għamiltilna meditazzjoni sabiħa fil-konklavi, imma (ippunta lejn sidru) ara ftit x’ħareġ minnha!” U Prospero bi tbissima wieġbu, “Isma’, aħna mhux kollha infallibbili bħalek, żbalji nagħmlu.”

Messaġġ lil-Laikos

Ftit inqas minn sena wara, il-Kardinal Prospero Grech kien bagħat messaġġ lil-Laikos li fih tkellem dwar il-ħidma li kien qed iwettaq il-Papa Franġisku u ħeġġeg lill-qarrejja tal_Laikos biex jitolbu għall-Papa.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading