Tweġiba fqira għall-Ħadd tal-Kelma t’Alla

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku hu magħruf mad-dinja għall-inizjattiva tiegħu favur l-emigranti, ir-refuġjati, il-foqra, l-ambjent, dwar kif jisma’ l-vittmi tal-abbuż u wkoll dwar ir-riformi finanzjarja tal-Vatikan. Imma f’xi suġġetti essenzjali oħra, ma jsibx l-istess entużjażmu.

Forsi għax ma jqajmux kontroversji u allura l-midja ma ssemmihomx. Eżempju ta’ dan kien il-Ħadd tal-Kelma t’Alla, li l-Papa kien ħabbar f’Settembru 2019 biex isir fit-tielet Ħadd ta’ kull sena. Kien hemm min laqa’ tajjeb din l-inizjattiva, imma ħafna bilkemm saru jafu biha. Hija ħasra għax il-Papa, minflok ma ħareġ dokument ta’ tagħlim, kif saru ħafna, iddeċieda li jinawgura ċelebrazzjoni liturġika dwar il-Kelma t’Alla. Dan l-artiklu jħeġġeġ biex is-sena d-dieħla, nagħtu iktar importanza lil din l-okkażjoni hekk sabiħa.

Tajjeb inkunu nafu x’sar f’pajjiżna!

https://www.commonwealmagazine.org/love-word

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: