Illum il-Knisja tfakkar lil San Ansgar


Fit-3 ta’ Frar l-Knisja tfakkar lil San Ansgar, Isqof li għex bejn is-snin 801 sa 865.

San Ansgarju, appostlu tad-Danimarka u tal-Isvezja, twieled fis-sena 801, f’Amiens, Franza, għand familja nobbli.

Ġie edukat mill-patrijiet benedittini fil-monasteru ta’ Corbie l-Qadim, f’Picardy, Franza, u wara sar patri fl-istess monasteru.

Fis-sena 826, mar id-Danimarka bħala missjunarju, iżda ftit li xejn kellu suċċess. Wara tliet snin, fuq stedina tar-Re Bjorn, mar l-Isvezja, fejn irnexxielu jikkonverti xi ftit nies, u bena l-ewwel knisja nisranija.

F’inqas minn sentejn, fis-sena 832, ġie msejjaħ biex ikun l-Abbati tal-Monasteru ta’ Corbie l-Ġdida, f’Westphalia, il-Ġermanja, u l-Isqof ta’ Umburgo (Hamburg).

Wara tlettax-il sena bħala Isqof ta’ Umburgo, fis-sena 845, kellu x-xorti ħażina li jara n-Normanni jinvadu u jħarbtu l-pajjiż, u minħabba fihom ukoll, id-Danimarka u l-Isvezja reġgħu qalbu għall-paganiżmu.

Fis-sena 848, ġie maħtur Arċisqof ta’ Brema, l-Ġermanja, u sitt snin wara, fis-sena 854, flimkien ma’ grupp ta’ missjunarji, reġa’ mar id-Danimarka. Irnexxielu jikkonverti lir-Re Erik ta’ Jutland, u wara lir-Re Olaf tal-Isvezja.

Miet fil-paċi fi Bremen fis-sena 865, u ġie midfun fil-Katidral tal-Belt.

Wara l-mewt tiegħu, l-Isvezja reġgħet saret pagana u baqgħet hekk għal żewġ sekli, sakemm reġgħu marru hemm missjunarji oħra.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.