Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Agata


Fil-5 ta’ Frar l-Knisja tfakkar lil Santa Agata, Verġni u Martri li ħadet il-martirju fis-sena 251.

Din il-Qaddisa żagħżugħa tal-ewwel żminijiet, bħal Santa Anjeże, storikament ftit li xejn nafu fuqha. Nafu fi żgur li ħadet il-martirju fi żmien il-persekuzzjoni ta’ Deċju, fi Sqallija.

Skont tradizzjoni, hi twieldet għand familja sinjura ħafna f’Katanja. Meta tfarfret, Kwinzjanu, Konslu ta’ Ruma, li kien prefett fi Sqallija, ried jiżżewwiġha, iżda hi ma riditx, u qaltlu li kienet għarusa lil Ġesù u riedet tibqa’ tiegħu u tiegħu biss. Biex ibeżżagħha u jġegħilha ċċedi għax-xewqa tiegħu, inqeda bl-Editt kontra l-Insara, u ħadha quddiem l-Awtorita’. Bagħtuha f’dar tal-prostituzzjoni biex idawrulha fehmitha, u ttorturawha li saħansitra qatgħulha sidirha, iżda hi baqgħet soda fl-imħabba tagħha lejn Ġesù, sakemm ġisimha ma felaħx għat-torturi u mietet, fis-sena 251.

Santa Agata hi waħda mill-Patruni ta’ Malta li missirijietna emmnu li ħelsithom mit-theddid tal-Musulmani.

L-isem ta’ Santa Agata (li jfisser “twajba”) jissemma fl-ewwel Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.

Għandna provi li d-devozzjoni lejha hi waħda antika ħafna fil-Knisja. B’danakollu ftit wisq għandna tagħrif ċert dwarha. Fi Sqallija, kemm Palermo kif ukoll Katanja jippretendu l-unur tat-twelid ta’ Agata. Santa Agata hija waħda mill-patruni minuri ta’ Malta u d-devozzjoni lejha hija antika ferm.

Hawn Malta, diversi knejjes żgħar huma ddedikati lilha. Ta’ min isemmi li l-Casa Madre tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fir-Rabat, mibdija mill-qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi De Piro, hi ddedikata lil Santa Agata, kif għaliha wkoll huma msemmija l-katakombi li hemm taħtha.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.