Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Koletta ta’ Corbie


Fis-6 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil Santa Koletta ta’ Corbie, Reliġjuża u Riformatriċi li għexet bejn is-snin 1381 sa 1447.

Santa Koletta Boilet tibqa’ magħrufa bħala l-aktar waħda li ħabirket matul it-800 sena tal-istorja tal-Klarissi biex tiġi osservata r-regola tal-bidu, ir-regola li kitbet Santa Klara nnifisha.

Nikoletta (kif kien isimha proprju) twieldet fi Franza fl-1381. Hi kienet tifla sabiħa, imma tant ma kien fiha xejn li kienu jaħsbu li se tmut ta’ età ċkejkna. Billi niesha rawha tifla twajba, ħallewha libera biex tagħti ruħha għat-talb u għax-xogħol tad-dar.

Ta’ sbatax-il sena, Koletta tilfet lill-ġenituri tagħha u ġie inkarigat biex jieħu ħsiebha l-abbati ta’ Corbie f’Picardy, fejn missierha kien mastrudaxxa. Inkitbet Terzjarja Franġiskana. F’inqas minn sentejn hija ppruvat tidħol mal-Begwini, mal-Benedittini u mal-Klarissi, imma ma rnexxilhiex.

Billi xtaqet tgħaddi ħajja moħbija u fis-skiet hi bdiet tgħix bħala eremita f’post qrib il-knisja ta’ Corbie. Minħabba l-ħajja qaddisa tagħha kienu jmorru ħafna jżuruha. Tul it-tliet snin li damet tgħix waħedha, hi kellha dehra ta’ San Franġisk t’Assisi li fdalha x-xogħol li tagħti lura lis-sorijiet Klarissi l-mod ta’ ħajja iebsa kif kienet fil-bidu.

Meta Koletta bdiet il-ħidma tagħha, il-biċċa l-kbira tal-monasteri kienu qegħdin josservaw ir-regola li għamel il-Papa Urbanu IV, li kienet tippermetti lis-sorijiet li jkollhom dħul fiss ta’ flus.

Hija marret għand il-Papa Benedittu XIII. Dan emmen lil Koletta, iddispensaha milli tagħmel novizzjat, laqagħha mal-Klarissi u għamilha badessa ġenerali ta’ kull monasteru li setgħet twaqqaf jew tirriforma. Hija kien għad kellha biss ħamsa u għoxrin sena. Fl-erbgħin sena ta’ wara hija waqqfet mill-inqas sbatax-il dar u rriformat ħafna oħrajn, u kitbet kostituzzjonijiet hija stess.

It-talb kien ir-rifda tagħha. Sikwit kienet titla’ f’estasi wara t-tqarbin. Hija kienet tgħaddi l-ġurnata tal-Ġimgħa mehdija fuq il-passjoni ta’ Kristu, bla ma tiekol jew tixrob. Kienet tgħid li l-aktar ħaġa li setgħet iġġegħelha ssofri kienet li tgħaddi ġurnata bla ma tbati xi ħaġa għal Alla.

Kienet tikkonsulta wkoll qaddisin ta’ żmienha bħal Ġovanna d’Arco, u Ġwanni Capistran. Id-dumnikan San Vinċens Ferreri, li flimkien miegħu ħadmet biex tintemm ix-‘Xiżma tal-Punent’, taha Kurċifiss bħala turija ta’ apprezzament.

Santa Koletta ta’ Corbie mietet titlob għall-konverżjoni tal-midinbin, fl-età ta’ 67 sena, nhar is-6 ta’ Marzu, 1447. Hi ġiet ikkanonizzata mill-Papa Benedittin Piju VII, fl-1807. Il-fdal tagħha jinsab meqjum ġewwa urna mill-isbaħ fil-knisja tas-sorijiet tagħha ta’ Poligny fi Franza. Hija l-Patruna ta’ dawk li jixtiequ t-tfal u li jkollhom xi problemi fit-tqala.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.