Quddiesa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi fil-Kurja tal-Arċisqof – 16 ta’ Marzu 2020


It-Tnejn, 16 ta’ Marzu 2020: Quddiesa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi fil-Kurja tal-Arċisqof …

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tolqotna ħafna f’din il-ġrajja r-reazzjoni ta’ dawk li kienu qegħdin jisimgħu lil Ġesù. Iktar u iktar tolqotna meta aħna niftakru li dan ir-rakkont hu parti minn rakkont itwal fejn l-ewwel juri lil Ġesù li jidħol fis-sinagoga – kien fil-bidu tal-ministeru tiegħu – u hemmhekk jikkwota lill-Profeta Iżaija: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, bagħatni nwassal il-ħelsien lill-imjassrin, il-Bxara t-Tajba lill-fqajrin, id-dawl lill-għomja, il-ħelsien lill-maħqurin, u n-niedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Ir-rakkont jgħid li meta semgħuh jgħid dan, in-nies laqgħu bil-qalb dil-kelma u stagħġbu b’dan il-kliem kollu ħlewwa tiegħu. Ftit wara, jiġi dan li smajna llum. Meta Ġesù spjega aktar fid-dettall dan xi jfisser, dawn f’daqqa waħda mtlew bil-korla u riedu jixħtuh ’il barra u anke għamlu attentat fuq il-ħajja tiegħu.

In-nies ma ridux jisimgħu l-verità. U Ġesù, li dejjem fittex li jwassal il-verità, jurina hawnhekk, f’dan ir-rakkont tal-lum xi ħaġa importanti ħafna: li dak li għamel hu ma għamlux biex jingħoġob min-nies, għall-approvazzjoni tan-nies, imma biex iwassal dejjem dak li hu sewwa, dak li hu veru.

Anke meta n-nies irrifjutawh, meta riedu jneħħuh, iqaċċtuh ’il barra, Ġesu baqa’ fidil lejn din il-missjoni tiegħu li jwassal il-Bxara t-Tajba, li jwassal dak li hu sewwa, li jgħid il-verità.

F’din il-ħaġa jagħtina messaġġ importanti għal ħajjitna.

L-ewwel nett, li aħna mexjin wara Ġesù li hu t-Triq, il-Verità, il-Ħajja. Hu jurina tassew it-triq il-vera. Miegħu nafu li aħna fiż-żgur. Il-kelma tiegħu lilna turina t-triq f’ħajjitna.

F’din il-ġrajja, Ġesu jgħallimna xi ħaġa oħra. F’ħajjitna, fid-deċiżjonijiet tagħna, għandna nfittxu li nagħmlu dak li hu sewwa mhux infittxu l-approvazzjoni tal-oħrajn qisu aħna kkondizzjonati minnhom – x’jgħidu huma nagħmlu aħna. Infittxu li nagħmlu dak li hu sewwa, dak li hu xieraq, anke meta dan iġib rifjut mill-oħrajn. Nafu li hekk għallimna Ġesu, dik hi t-triq it-tajba. L-aqwa ħaġa f’ħajjitna hi li nfittxu li nagħmlu r-rieda ta’ Alla. Għal dan nixtieq nitlob illum għalina lkoll.

✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof Awżiljarju

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.