Ir-Russja se tinkludi lil Alla fil-kostituzzjoni

Il-Parlament Russu qed jaqbel ma’ sejħa tal-mexxejja tal-Knisja Ortodossa biex fil-Kosituzzjoni li qed tiġi emendata jkun hemm referenza għal Alla.

Patriarch Kirill of Moscow and all Russia congratulated by President Putin on occasion of 11th anniversary of enthronement

Filwaqt li r-Russja tibqa’ stat sekulari, il-mexxejja tal-pajjiż jixtiequ li tibqa’ mħarsa l-memorja ta’ dawk li matul iż-żmien għaddew l-ideali tagħhom u l-fidi f’Alla. L-emendi se jipprovdu ħarsien għall-istorja u l-kultura tal-pajjiż, iż-żwieġ bħala unjoni bejn raġel u mara, il-valuri tradizzjonali tal-familja u d-dritt tal-ġenturi li jedukaw lil uliedhom skond it-twemmin reliġjuż tagħhom. Is-sejħa għar-referenza ta’ Alla fil-Kostituzzjoni Russa ġiet inkuraġġita wkoll mill-Musulmani, Lhud u Kattoliċi.

 https://www.thetablet.co.uk/news/12566/russian-legislators-put-god-into-constitution

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.