L-Arċisqof f’pellegrinaġġ privat ta’ San Girgor

Print Friendly, PDF & Email

Illum, 15 ta’ April 2020 L-Arċisqof Charles Scicluna għamel b’mod privat il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor, mill-Kappella ta’ San Klement fejn għamel mument ta’ talb, sal-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, fejn l-Arċisqof ta wkoll il-barka.

Capture

Dan il-pellegrinaġġ is-soltu jsir ta’ kull sena l-Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir tal-Mulej u f’ċirkustanzi normali jattendu għadd kbir ta’ nies, fosthom il-Kapitlu tal-Katidral u l-fratellanzi. Il-purċissjoni kienet bdiet issir fl-1543, ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir, bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir. F’dak iż-żmien, wegħdi ta’ pellegrinaġġi simili kienu komuni ħafna.

Din is-sena l-Arċisqof iddeċieda li l-pellegrinaġġ jieħu xejra penitenzjali u li jsir talb speċjali biex il-Mulej jgħinna waqt iż-żmien tal-pandemija tal-Covid-19.

 

Rapport mis-sit tal-Knisja f’Malta

Leave a Reply