Pariri mis-Sorijiet tal-Klawsura fil-monasteru ta’ Lourdes

Print Friendly, PDF & Email

Din hi l-esperjenza tas-Sorijiet tal-Klawsura f’monasteru f’Lourdes li jista’ jikkalma lil min qed jiġi affettwat għall-fatt li mhux imdorri jibqa’ ġewwa. Huma pariri tassew utli. Billi hu bil-Franċiż, hawn il-kliem bil-Malti.

Il-monasteru tas-Sorijiet Klarissi ta’ Lourdes ġie mwaqqaf fl-1877. Fih 15-il Soru.

In-nies li qed imutu, aħna qegħdin maġenbhom u qed inwasslu t-talb tagħhom.

Għalina, li ngħixu ġewwa, hi vokazzjoni.

Il-konfinament (il-lockdown) ma qallibx il-ħajja tagħna u nħossuna privileġġjati għax aħna mdorrijin għal hekk. Inkunu miġburin flimkien, jew fil-ġnien, ngħixu f’mikro-soċjetà. M’aħniex inbatu bħall-persuni li huma tassew iżolati. Imma, jekk xi ħadd jimrad (bil-coronavirus), sorijiet oħra jistgħu jittiedu, u għalhekk hemm riskju.

M’għandniex riċetta dwar dak li jippermettielna ngħixu flimkien. Hi li aħna lkoll orjentati lejn l-istess tfittxija: Alla.

Dak hu li jgħinna u dak li jibnina hu li aħna nżommu l-ħin, li għandna ħajja regolata. Aħna Żgur li wara l-konfinament mhux kollox se jkun bħal qabel. L-affarijiet inbidlu u n-nies qabdu ċerta triq li forsi mhux jindunaw biha. Pereżempju l-mod kif nixtru l-affarijiet. In-nies marru għal dak li hu neċessarju; il-bqija mhemmx bżonnu.

Dan iż-żmien ta’ konfinament żgur li ppermetta li naħsbu aktar fil-fond għax aħna inqas imħabbtin.

Qed inħarsu mlil-wiċċ tal-affarijiet u dan idaħħalna fil-profonnd tagħna.

Issa qed naraw kollox iktar ċar minn qabel.

Tista’ tara wkoll:

https://www.francetvinfo.fr/sante/maladie/coronavirus/video-confinement-dans-un-monastere-on-ne-souffre-pas-comme-pourraient-souffrir-des-personnes-vraiment-isolees_3935995.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: