Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 5 ta’ Mejju


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2020: Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof. Quddiesa offruta għall-ġenituri kollha ħalli jkunu rgħajja fi ħdan il-familji tagħhom skont il-Qalb ta ’Ġesù u lil dawk li qegħdin jitolbu biex isiru ġenituri.

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-konsagrazzjoni tat-tempju kienet festa għażiża ħafna minn dejjem għall-poplu Lhudi. Kienet festa li tfakkar ukoll ir-rebħa tal-poplu Lhudi fuq tentattiv li tnessihom il-fidi ta’ missirijiethom. Kienet it-tifkira ta’ meta l-Makkabej reġgħu ħadu t-tempju f’idejhom u kkonsagrawh lill-Mulej.

F’dan il-kuntest il-Lhud jistaqsu lil Ġesù dwar l-identità tiegħu: “Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24). Il-Mulej fir-risposta tiegħu ma jiċħadx imma jikkonferma l-identità tiegħu. “Għidtilkom imma intom ma temmnux” (Ġw 10:25). Mhux biżżejjed li Ġesù juri min hu, mhux biżżejjed li l-Mulej jgħarrafna anke il-ħajja intima ta’ Alla għax hu li għarrafna li Alla huwa wieħed fi tliet persuni: il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. L-għarfien li jwassalna huwa essenzjali u jiġi minnu biss imma jirrikjedi r-risposta tagħna: għidtilkom imma intom temmnu? Bi qsim il-qalb il-Mulej jifhem li għalkemm għarraf l-identità tiegħu, il-kontemporanji tiegħu jew uħud minnhom, ma emmnux.

Ommu, li sa mill-bidu, sa mill-misteru tat-tnissil tiegħu fil-ġuf tagħha, kienet taf l-identità ta’ binha għax l-anġlu qalilha li kellu jsaltan fuq it-tron ta’ David missieru, li kellha ssemmih Ġesù għax kellu jifdi lill-poplu tiegħu minn dnubiethom. Marija kellha l-għarfien tal-identità ta’ Binha imma wkoll għamlet il-pass tal-fidi.

Aħna qegħdin f’idejn tajba anke meta niżolqu fin-niexef jew nidinbu l-Mulej li naqqax isimna fuq il-pala ta’ jdejh, mhux se jitlaqna jekk aħna ma nitgerrbux għax irridu, jekk ma nitilquhx aħna.

Dan ix-xahar ta’ Mejju aħna u nikkontemplaw il-ħarsa ħelwa ta’ Marija fl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima, imbierka mill-qaddej ta’ Alla Piju XII li jiena xtaqt li nġibuha hawnhekk fil-kappella għax-xahar ta’ Mejju, aħna u nħarsu lejn il-wiċċ ħelu ta’ Marija, ejjew nifhmu li mal-għarfien li kellha u li kien ġej minn Alla, hi tagħti r-risposta tal-fidi.

Il-Mulej jgħidilna wkoll xi ħaġa li għandha tikkunslana dejjem b’mod speċjali meta aħna niftakru fl-għeżież li ħallewna. “Missieri tahomli”, aħna tal-Mulej għaliex il-Misser afdana f’idejn l-Iben. U “ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier” (Ġw 10:29). Aħna qegħdin f’idejn tajba anke meta niżolqu fin-niexef jew nidinbu l-Mulej li naqqax isimna fuq il-pala ta’ jdejh, mhux se jitlaqna jekk aħna ma nitgerrbux għax irridu, jekk ma nitilquhx aħna. U l-Mulej jinsisti li l-qawwa li għandu l-Missier hija l-istess qawwa li għandu hu wkoll: “Jiena u l-Missier aħna ħaġa waħda” (Ġw 10:30).

Ejjew illum nitolbu bl-interċessjoni ta’ Marija li għarfet u emmnet, li aħna wkoll nagħrfu u nemmnu.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Atti 11, 19-26
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7
Evanġelju: Ġw 10, 22-30

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.