Fil-21 ta’ Mejju l-Knisja tfakkar lil San Kristofru Magallanes u sħabu, Martri. San Kristofru għex bejn is-snin 1915 sa 1937.
Dawn il-25 kappillan u tliet lajċi Messikani kienu maqtulin iffuċillati jew mgħallqin bejn is-snin 1915 u 1937. Huma kienu membri ta’ moviment imsejjaħ “Cristero” li twaqqaf bħala reazzjoni kontra l-gvern anti-kattoliku tal-Messiku li għamel u inforza liġijiet kontra l-Knisja f’attentat assurd li jeqred mill-għeruq il-fidi Kattolika fil-Messiku.
Dan il-gvern immexxi minn Plutarco Calles sa wasal biex keċċa lill-membri tal-kleru barranin u pprojbixxa ċ-ċelebrazzjoni tal-quddies f’xi reġjuni. Is-slogan ta’ dan il-moviment tal-“Cristero” kien: “Viva Kristu Re u l-Madonna ta’ Guadalupe!” Magallanes kien bena seminarju f’Totatiche u hu u sħabu kienu jipprietkaw u jamminstraw bil-moħbi lill-fidili.
L-aħħar kliem ta’ Magallanes li nstema’ b’leħen għoli miċ-ċella tiegħu kien: “Jiena innoċenti u se mmut innoċenti. Jiena naħfer b’qalbi kollha lil dawk responsabbli għall-mewt tiegħi, u nitlob lil Alla li t-tixrid ta’ demmi jservi għall-paċi tal-Messiku maqsum tagħna.”
Il-Papa Qaddis Ġwanni-Pawlu II fl-1992 ibbeatifika lil San Kristoforu Magallenas u sħabu martri u fis-sena 2000 l-istess Papa ddikjarahom qaddisin. Isimhom iddaħħal fil-Kalendarju Liturġiku Universali.