Messaġġ mill-Arċisqof lill-adolexxenti li qed iħejju għas-Sagrament tal-Griżma


Is-Sibt, 30 ta’ Mejju 2020: Messaġġ mill-Arċisqof lill-adolexxenti li qed iħejju għas-Sagrament tal-Griżma. Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

Fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, li tfakkar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, l-Arċisqof Charles Scicluna wassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-adolexxenti li qegħdin jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof fakkarhom li l-Ispirtu s-Santu li se jirċievu ‘l quddiem f’dan is-sagrament huwa dak li se jibqa’ magħhom għal dejjem.