Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 18/12/1991.
1. San Pawl jikteb lill-Efesin: “Kristu ħabb lill-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha” (Ef 5, 25).
Bħal ma wieħed jistà jara, l-analoġija tal-imħabba sponsali, miruta mill-Profeti tal-Patt il-Qadim, li terġà tidher mill-ġdid fil-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista, rijassunta minn Ġesù u mgħoddija fil-Vanġeli, terġà tigi riproposta minn l-Appostlu Pawlu. Il-Battista u l-Vanġeli jippreżentaw lil Kristu bħala Għarus tal-Poplu ta’ Alla l-ġdid, li huwa l-Knisja. Fuq fomm Ġesù u tal-Prekursur tiegħu l-analoġija riċevuta mill-Patt il-Qadim kienet użata biex tħabbar li kien wasal iż-żmien tal-attwazzjoni reali tagħha. Kienu l-ġrajjiet paskwali li tawha l-milja tas-sinifikat. Propju b’riferenza għal tali ġrajjiet li l-Appostlu setà jikteb fl-ittra lill-Efesin li “Kristu ħabb lill-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha”. F’dan il-kliem hemm id-diwi tal-profeti li fil-Patt il-Qadim kienu użaw l-analoġija biex jitkellmu dwar l-imħabba sponsali ta’ Alla għall-poplu magħżul, Iżrael; hemm talinqas b’mod mhux ċar u tond ir-riferenza għall-applikazzjoni li Ġesù kien għamel għalih innifsu, meta ppreżenta ruħu bħala Għarus, bħal ma kellu jingħad mill-Appostli lill-ewwel komunitajiet li fihom twieldu l-Vanġeli, hemm hemm approfondiment tad-dimensjoni feddejja tal-imħabba ta’ Kristu Ġesù, li hija fl-istess ħin sponsali u feddejja: “Kristu ta lilu nnifsu Għall-Knisja”, ifakkar l-Appostlu.
2. Dan jirriżulta b’xhieda ukoll ikbar jakk dak li jkun jikkunsidra li l-ittra lill-Efesin tqiegħed f’relazzjoni diretta l-imħabba sponsali ta’ Kristu għall-Knisja u s-sagrament li jgħaqqad bħala miżżewġin raġel u mara, waqt li jikkonsagra l-imħabba. Infatti naqraw: “U intom irġiel miżżewġa, ħobbu lin-nisa tagħkom, bħal ma Kristu ħabb lill-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha, biex jirrendiha qaddisa, waqt li ppurifikaha permezz tat-tiswib tal-ilma akkumpanjat mill-kelma [riferenza għall-Magħmudija], bl-iskop li din tidher quddiemu kollha glorjuża, mingħajr tebgħa linqas tikmixa jew xi ħaġa simili, imma qaddisa u immakulata” (Ef 5, 25-27). Ftit iktar ‘il quddiem fl-ittra l-Appostlu nnifsu jenfasizza l-misteru kbir tal-għaqda sponsali sabiex iqiegħdha “b’riferenza għal Kristu u għall-Knisja” (Ef 5, 32). Is-sinifikat essenzjali tad-diskors tiegħu huwa li fiż-żwieġ u fl-imħabba sponsali nisranija tirrifletti ruħha l-imħabba sponsali tar-Redentur għall-Knisja tiegħu: imħabba feddejja, mimlija b’qawwa salvifika, operanti fil-misteru tal-grazzja li biha il-Kristu jipparteċipa l-ħajja l-ġdida lill-membri tal-Ġisem tiegħu.
3. Huwa minħabba dan li fl-iżvolġiment tad-diskors tiegħu l-Appostlu jirrikorri għall-pass tal-Ġenesi li, waqt li jitkellem dwar l-għaqda tar-raġel mal-mara, jgħid: “It-tnejn jiffurmaw ġisem wieħed” (Ef 5, 31; Ġen 2, 24). Waqt li jispira ruħu minn din l-affermazzjoni, l-Appostlu jikteb: “L-irġiel miżżewġa għandhom id-dmir li jħobbu lin-nisa tagħhom bħal ma jħobbu ġisimhom, għaliex min iħobb lil martu jħobb lilu nnifsu. Infatti ħadd qatt ma bagħad lil ġismu, imma għall-kuntrarju (kull wieħed) jieħu ħsiebu u jikkurah, bħal ma jagħmel Kristu mal-Knisja” (Ef 5, 28-29).
Wieħed jistà jgħid li fil-ħsieb ta’ Pawlu l-imħabba sponsali terġà tidħol f’liġi ta’ ugwaljanza li r-raġel u l-mara jattwaw f’Ġesù Kristu (cf. 1 Kor 7, 4). Bdanakollu meta l-Appostlu jiċċertifika: “Ir-raġel .. huwa r-ras ta’ martu, bħal ma Kristu huwa r-ras tal-Knisja, hu li hu l-feddej ta’ Ġismu” (Ef 5, 23), l-ugwaljanza, il-parità interumana tiġi ssuperata, għaliex fl-imħabba hemm ordni. L-imħabba tar-raġel għal martu hija sehem fl-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja. Bdanakollu Kristu, Għarus tal-Knisja, kien l-ewwel fl-imħabba, għaliex huwa attwa l-fidwa (cf. Rm 5, 6; 1 Ġw 4, 19). Mela huwa hu fl-istess ħin “Ras tal-Knisja, “Ġismu”, li huwa jifdi, jitma u jikkura b’imħabba li ma tistax titfisser bil-kliem (ineffabbli).
Dan ir-rapport bejn Ras u Ġisem ma’ jħassarx ir-reċiproċità Sponsali, imma jsaħħahha. Din hija propja l-preċedenza tar-Redentur fir-rigward tal-mifdijin (u allura tal-Knisja) li tirrendi possibbli tali reċiproċità sponsali, a bażi tal-grazzja li l-Kristu nnifsu jqassam. Din hija l-essenza tal-misteru tal-Knisja bħala Għarusa tal-Kristu-Feddej, verità mixhuda u mgħallma b’mod imtenni minn San Pawl.
4. L-Appostlu mhuwiex xhud maqtugħ u diżinteressat, bħallikieku jikteb jew jitkellem b’titolu akkademiku jew notarili. Fl-ittri tiegħu jirrivela ruħu involut b’mod profond fl-impenn li jdaħħal fl-imħuħ din il-verità. Bħal ma jikteb lill-Korintin: “Jien inħoss…għalikom speċi ta’ għira divina, billi wegħdtu lilkom infuskom lil għarus uniku, biex tippreżentaw ruħkom bħal verġni kasta lil Kristu;” (2 Kor 11, 2). F’dan it-test Pawlu jippreżenta ruħu bħala ħabib tal-Għarus, li l-preokkupazzjoni tħeġġeġ tiegħu hija li jiffavorixxi l-fedeltà perfetta tal-għarusa fl-unjoni konjugali. Infatti huwa jkompli: Nibżà . . . li, bħal ma s-serp fil-qerq tiegħu sseduċa lil Eva, hekk il-ħsibijiet tagħkom jiġu b’xi mod imħassra mis-sempliċità u l-purezza tagħhom fir-rigward ta’ Kristu” (2 Kor 11, 3). Din hija l-għira tal-Appostlu!
5. Ukoll fl-ewwel ittra lill-Korintin naqraw l-istess verità tal-ittra lill-Efesin u tat-tieni ittra lill-Korintin stess, hawn fuq ikkwotati. Infatti l-Appostlu jikteb: “Ma tafux intom li ġisimkom huwa membru ta’ Kristu? Se naqbad mela jien il-membri ta’ Kristu u nagħmilhom membri ta’ prostituta: dan ma jkun qatt!” (1 Kor 6, 15). Ukoll hawn huwa faċli li wieħed jinnota kważi diwi tal-profeti tal-Patt il-Qadim li kienu jakkużaw lill-poplu bi prostituzzjoni, b’mod speċjali minħabba l-waqgħat tiegħu fl-idolatrija. B’differenza tal-profeti li kienu jitkellmu dwar “prostituzzjoni” f’sens metaforiku, biex jikkundannaw kwalunkwè ħtija gravi ta’ infedeltà għal-liġi ta’ Alla, Pawlu jitkellem b’mod effettiv dwar rapporti sesswali ma’ prostituti u jiddikkjarahom inkompatibbli ma’ li tkun nisrani. Lanqas biss jistà wieħed jaħseb li jieħu l-membri ta’ Kristu u jagħmilhom membri ta’ prostituta. Pawlu imbagħad jippreċiża punt importanti: waqt li r-relazzjoni ta’ raġel ma’ prostituta tattwa ruħha biss fil-livell tal-ġisem u allura tikkawża divorzju bejn ġisem u spirtu, l-unjoni ma’ Kristu tattwa ruħha fil-livell tal-ispirtu u allura tikkorrispondi mal-esiġenzi kollha tal-imħabba awtentika: “O ma tafux, jikteb l-Appostlu, li min jingħaqad ma’ prostituta jifforma magħha ġisem wieħed? It-tnejn ikunu, huwa migħud, ġisem wieħed. Iżda min jingħaqad mal-Mulej jifforma miegħu spirtu wieħed” (1 Kor 6, 16-17). Bħal ma wieħed jistà jara l-analoġija wżata mill-profeti biex jikkundannaw b’tant passjoni il-profanazzjoni, it-tradiment tal-imħabba sponsali ta’ Iżrael mal-Alla tiegħu, hawn isservi lill-Appostlu biex jenfasizza l-għaqda ma’ Kristu, li hija l-essenza tal-Patt il-Ġdid, u biex jippreċiża l-esiġenzi għall-kondotta nisranija: “Min jingħaqad mal-Mulej jifforma miegħu spirtu wieħed”.
6. Kienet meħtieġa l-“esperjenza” tal-Għid ta’ Kristu, kienet meħtieġa l-“esperjenza” tal-Għid il-Ħamsin, biex tattribwixxi tali sinifikat lill-analoġija tal-imħabba sponsali, miruta mill-profeti. Pawlu kien għaraf dik l-esperjenza doppja tal-komunità primittiva li kienet irċeviet mingħand id-dixxipli mhux biss it-tagħlim, imma l-komunikazzjoni ħajja ta’ dak il-misteru. Huwa kien għex mill-ġdid u approfondixxa dik l-esperjenza, u issa, min-naħa tiegħu, kien qiegħed jagħmilha ta’ Appostlu mal-fidili ta’ Korintu, ta’ Efesu u tal-Knejjes kollha li lilhom kien jikteb. Kienet traduzzjoni sublimi tal-esperjenza tiegħu tal-isponsalità ta’ Kristu u tal-Knisja: “O ma tafux li ġisimkom huwa tempju tal-Ispirtu Santu li jinsab fikom u li akkwistajtuh mingħand Alla, u li ma tappartenux lilkom infuskom?” (1 Kor 6,19).
7.Ejjew ukoll aħna nikkonkludu b’din l-istqarrija tal-fidi, li ġġegħelna nixtiequ l-esperjenza sabiħa: il-Knisja hija l-Għarusa ta’ Kristu. Bħala Għarusa tappartieni Lilu bis-saħħa tal-Ispirtu Santu li, waqt li jikseb “mis-sorsi tal-fidwa” (Iż 12, 3), iqaddes il-Knisja u jippermettilha li twieġeb bl-imħabba għall-imħabba.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb