Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Mikelina ta’ Pesaro


Fl-20 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil Beata Mikelina ta’ Pesaro, Penitenti li għexet bejn is-snin 1300 sa 1356.

Mikelina twieldet ġewwa Pesaro, belt qrib Loreto, l-Italja, fl-1300, minn familja sinjura, Matelli u ‘l quddiem, ta’ 12-il sena hija wkoll iżżewġet raġel sinjur, mill-familja ta’ Malatesta. Kienet ta’ natura ferriħija u jiġrilha x’jiġrilha tibqa’ dejjem bi tbissima, qisha mingħajr ebda problema.

Ta’ 20 sena tilfet lil żewġha u Mikelina sabet ruħha trid trabbi lil binha tarbija weħidha. Hija ppruvat tfittex il-kuntentizza fid-dinja u għalhekk ħajjitha saret mimlija b’ġiri ‘l hawn u ‘l hemm, ikliet, festini u tbaħrid.

Wara ftit żmien għaddejja f’din il-ħajja ta’ xalar indunat li kienet qed tabbanduna lil binha. Bdiet tinduna li kien jeħtiġilha toqgħod iżjed attenta kif tuża l-ħin u l-flus tagħha. Bdiet tħossha vojta minn ġewwa, u għalhekk iddeċidiet li tissetilja għall-ħajja ta’ adulta aktar responsabbli.

Mara qaddisa, Sirjana, li kienet lajka Franġiskana ndunat li Mikelina ma kinitx mara ħażina, kull ma kellha bżonn ftit direzzjoni spiritwali. Din offritilha l-ħbiberija tagħha u malajr saru ħbieb. Din il-mara qaddisa influwenzatha ħafna lil Mikelina. Hija saret mara responsabbli ħafna, tieħu ħsieb lil binha u l-darha u bdiet tqatta’ ħafna ħin fit-talb.

Fil-ħin liberu tagħha kienet tmur tgħin lill-foqra, romol u dawk fil-bżonn. Araha ddur bil-morda u l-anzjani, speċjalment dawk li ma kellhomx min idur bihom.

Wara ftit binha marad u miet u hekk iżjed iddedikat ħinha kollu għall-fqar. Biż-żmien hija wkoll daħlet lajka Franġiskana. Għall-ewwel, niesha, meta bdew jaraw li qed tagħti l-ilbiesi lussużi li kellha u l-ġojjelli, u tiekol ikel sempliċi, bdew jinkwetaw, iżda imbagħad ikkonvinċew ruħhom li Mikelina kienet saret ruħ qaddisa.

Hija baqgħet tgħix f’darha, f’Pesaro ħajjitha kollha, li ġiet fi tmiemha fid-19 ta’ Ġunju, fl-1356, meta Mikelina kellha 56 sena. Ftit qabel mietet marret pellegrinaġġ l-Art Imqaddsa u dawk li kienu magħha qalu li fuq il-kalvarju raw lil Mikelina f’estasi.

Wara mewtha, in-nies tal-belt, bħala rispett għall-memorja tagħha, iddeċidew li dejjem, fid-dar tagħha, iħallu xemgħa tixgħel. Seħħew bosta mirakli fuq qabarha. Ġiet ddikjarata Beata fl-1737. Fl-1950, id-dar tal-Beata Mikelina saret knisja.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.