21. lI-misteru tal-mara jirrivela ruħu fil- maternità


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 12/03/1980.

1. Fil-meditazzjoni preċedenti, issottomettejna għal analiżi s-sentenza ta’ Ġenesi 4, 1 u, partikularment, it-terminu “għaraf”, użat fit-test oriġinali biex jiddefenixxi l-għaqda konjugali.

Irrivelajna wkoll li dan l-“għarfien” bibbliku jistabilixxi speċi ta’ arċitip(1) personali tal-korporjetà u s-sesswalità umana. Dan donnu assolutament fondamentali biex nifhmu l-bniedem, li sa mill-“bidu” qed ifittex is-sinifikat tal-ġisem propju. Dan is-sinifikat jinsab fil-bażi tal-istess tejoloġija tal-ġisem. It-terminu “għaraf” – “ingħaqad” (Ġen 4,1-2) jissintetizza d-densità kollha tat-test bibbliku s’issa analizzat. Ir-“raġel” li skont Ġenesi 4,1 għall-ewwel darba “jagħraf” il-mara, martu, fl-att tal-għaqda konjugali, huwa infatti dak stess li, waqt li jimponi l-ismijiet, jiġifieri wkoll “waqt li jagħraf”,  huwa “iddifferenzja” lilu nnifsu mid-dinja kollha tal-esseri ħajjin jew l-animalja,  waqt li jasserixxi lilu nnifsu bħala persuna u suġġett. L-“għarfien” li dwaru jitkellem Ġenesi 4,1, la jbegħdu u lanqas jistà jbegħdu mil-livell ta dik l-awtokuxjenza primordjali u fundamentali. Mela – kwalunkwè ħaġa tasserixxi mentalità “naturalistika” b’mod unilaterali – f’Genesi 4,1 ma jistax ikun li hija kustjonji ta’ aċcettazzjoni passiva tad-determinazzjoni propja min-naħa tal-ġisem u tas-sess, propju għaliex hija kustjoni ta’ “għarfien”!

Hija, minflok, skoperta ulterjuri tas-sinifikat tal-ġisem propju, skoperta komuni u reċiproka, hekk bħal ma komuni u reċiproka hija mill-bidu l-eżistenza tal-bniedem, li “Alla ħalaq maskju u femmina”. L-għarfien, li kien fil-bażi tas-solitudni oriġinarja tal-bniedem, issa jinsab fil-bażi ta’ din l-għaqda tar-raġel u tal-mara, il-prospettiva ċara ta’ liema kienet inkluża mill-Ħallieq fil-misteru stess tal-ħolqien (Ġen 1,27; 2,23). F’dan l-“għarfien” ir-raġel jikkonferma is-sinifikat tal-isem “Eva”, mogħti lil martu, “għaliex hija kienet omm il-ħajjin kollha (Ġen 3,20).

2. Skont Ġenesi 4,1 dak li jagħraf huwa r-raġel u dik li tingħaraf hija l-mara-martu,  bħallikieku l-ispeċifika determinazzjoni tal-mara, permezz ta’ ġisimha u sessha propji , jaħbu dak li jikkostitwixxi l-profondità stess tal-femminilità tagħha. Ir-raġel, minflok, huwa dak li – wara d-dnub – iħoss l-ewwel wieħed il-mistħija tal-għera tiegħu u “jiena nħbejt”(Ġen 3,10). Ninħtieġu mill-ġdid nerġgħu lura b’mod separat lejn l-istat tar-ruħ tat-tnejn wara t-telfa tal-innoċenza oriġinarja. Diġa minn issa, iżda, hemm bżonn nosservaw li fil- Ġenesi 4,1, il- misteru tal-femminilità jimmanifesta u jirrivela ruħu sal-qiegħ nett permezz tal-maternità, bħal ma jgħid it-test: “hija li kkonċepiet u welldet”.  Il-mara tinsab quddiem ir-raġel bħala omm, suġġett tal-ħajja umana ġdida li fiha hija konċepita u tiżviluppa, u minnha titwieled għad-dinja. Hekk jirrivela wkoll sal-qiegħ nett il-misteru tal-maskulinità tar-raġel, jiġifieri is-sinifikat ġeneratur u “patern” ta’ ġismu (2).

3. It-tejoloġija tal-ġisem, kontenuta fil-Ktieb tal-Ġenesi, hija konċiża u skarsa fil-kliem. Fl-istess ħin, hemm jinsabu espressjonijiet kontenuti fondamentali, sa ċertu sens primarji u definittivi. Kollha jerġgħu jinsabu bil-mod tagħhom, f’dak l-“għarfien” bibbliku. Differenti, b’rispett għar-raġel, hija l-kostituzzjoni tal-mara; anzi, illum nafu li hija differenti sal-bijofisjoloġiċi determinanti l-iktar profondi. Hija timmanifesta ruħha ‘l barra biss f’ċerta miżura, fil-kostruzzjoni u fil-forma ta’ ġisimha. Il-maternità timmanifesta tali kostituzzjoni minn ġewwa, bħala potenzjalità partikulari tal-organiżmu femminili, li b’pekuljarità krejatriċi isservi għall-konċepiment u għall-ġenerazzjoni tal-esseri uman, bil-kompliċità Tar-raġel. Il-“għarfien” jikkondizzjona l-ġenerazzjoni.

Il-ġenerazzjoni hija prospettiva, li raġel u mara jinserixxu fil-“għarfien” reċiproku tagħhom. Dan “għalhekk, jgħaddi il-limiti ta’ suġġett-oġġett, li raġel u mara donnhom li huma għal xulxin, meta jitqies li l-“għarfien” jindika minn naħa dak li”jagħraf” u minn naħa oħra dik li “tingħaraf” (jew viċi-versa). F’dan l-“għarfien” hemm inkluża wkoll il-konsumazzjoni taż-żwieġ, l-ispeċifiku consummatum; hekk jinkiseb l-iskop tal-“oġġettività” tal- ġisem, moħbija fil-potenzjalità tal-bniedem li “huwa” dan il-ġisem. Permezz tal-ġisem il-persuna umana hija “raġel” u “mara”; fl-istess ħin, f’dan l-att partikulari ta’ “għarfien”, immexxi mill-femminilità u l-maskulinità personali, donnu jilħaq ukoll l-iskoperta tal-“pura” soġġettività tar-rigal: jiġifieri ir-realizzazzjoni mutwa tiegħu nnifsu fir-rigal.

4. Il-prokrejazzjoni tagħmel iva li “ir-raġel u l-mara (martu)” jagħrfu lil xulxin b’mod reċiproku fit-“tielet, oriġinat mit-tnejn li huma, għalhekk, dan “l-għarfien” isir skoperta, f’ċertu sens rivelazzjoni tal-bniedem ġdid, li fih it-tnejn li huma, raġel u mara, jagħrfu mill-ġdid lilhom infushom, l-umanità tagħhom, ix-xbiha tagħhom. F’dak kollu li jiġi determinat mit-tnejn permezz tal-ġisem u s-sess, l-“għarfien” jikteb kontenut ħaj u reali. Għalhekk l-“għarfien” f’sens bibbliku ifisser li d-determinazzjoni “bijoloġika” tal-bniedem, da parti ta’ ġismu u sessu, jieqaf li jkun xi ħaġa passiva, u jilħaq livell u kontenut speċifiċi għall-parsuni awtokuxjenti u awtodeterminati; mela hija tinvolvi kuxjenza partikolari tas-sinifikat tal-ġisem uman marbuta mal-paternità u mal-maternità.

5. Il-kostituzzjoni esterna kollha tal-ġisem tal-mara, l-aspett partikulari tagħha, il-kwalità li bis-saħħa ta’ attrattiva perenni jkunu fil-bidu tal-“għarfien”, li dwaru jitkellem Ġenesi 4,1-2 (“Adam ingħaqad ma’ Eva martu”), huma f’għaqda stretta mal-maternità. Il-Bibbja (u ssegwi l-Liturġija), bis-sempliċità li hija għaliha propja, tonora u tfaħħar tul is-sekoli “il-ġuf li ġabek u s-sider li minnu ħadt il-ħalib” (Lk 11,27). Dawn il-kliem jikkostitwixxu eloġju tal-maternità, tal-femminilità, tal-ġisem femminili fl-espressjoni tipika tiegħu tal-imħabba ħallieqa. U dawn huma kliem riferiti fil-Vanġelu għal Omm Kristu, Marija, it-tieni Eva. L-ewwel mara, minflok, fil-waqt li fih għall-ewwel darba irrivelat il-maturità materna ta’ ġisimha, meta “ikkonċepiet u welldet” qalet: “Akkwistajt bniedem mingħand il-Mulej” (Ġen 4,1).

6. Dawn il-kliem jesprimu l-profondità tejoloġika kollha tal-funzjoni tnissel-twelled. Il-ġisem uman tal-mara jsir post tal-konċepiment tal-bniedem il-ġdid(3). F’ġufha, il-bniedem konċepit jassumi l-aspett uman propju, qabel ma jsib ruħu fid-dinja. L-omogenijità somatika tar-raġel u tal-mara, li sabet l-ewwel espressjoni tagħha fil-kliem: “Hija laħam minn laħmi u għadma minn għadmi” (Ġen 2,23), hija mwettqa min-naħa tagħha mill-kliem tal-ewwel mara-omm: “Akkwistajt bniedem!” L-ewwel mara partorjenti għandha għarfien sħiħ tal-misteru tal-ħolqien li jiġġedded fil-ġenerazzjoni umana.  Għandha wkoll għarfien sħiħ tal-partiċipazzjoni krejattiva li Alla għandu fil-ġenerazzjoni umana, opra tagħha u ta’ żewġha, ġaladarba tgħid: “Akkwistajt bniedem mingħand il-Mulej”.

Ma jistà jkun hemm ebda konfużjoni bejn l-isferi ta’ azzjoni tal-kawżi. L-ewwel ġenituri jittrasmettu lill-ġenituri umani kollha – ukoll wara d-dnub, flimkien mal-frotta tas-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin u kważi fuq l-għatba tal-esperjenzi “storiċi” kollha – il-verità fondamentali kollha dwar twelid il-bniedem xbiha ta’ Alla, skont il-liġijiet naturali. F’dan il-bniedem ġdid – imwieled mill-mara-ġenitriċi bl-opra tar-raġel-ġenitur – tirriproduci ruħha kull darba l-istess “xbiha ta’ Alla”, ta’ dak Alla li kkostitwixxa l-umanità tal-ewwel bniedem: “Alla ħalaq il-bniedem xbiha tiegħu;… maskju u femmina  ħalaqhom” (Ġen 1,27).

7. Għalkemm jeżistu differenzi profondi bejn l-istat tal-innoċenza oriġinarja u l-istat tal-pekkaminożità ereditarja tal-bniedem, dik ix-“xbiha ta’ Alla” tikkostitwixxi bażi ta’ kontinwità u ta’ għaqda. Il-“għarfien” li dwaru jitkellem Ġenesi 4,1, huwa l-att li joriġina l-esseri ,biex inkunu eżatti f’għaqda mal-Ħallieq jistabilixxi bniedem ġdid fl-eżistenza tiegħu. L-ewwel bniedem fis-solitudni traxxendentali tiegħu, ħa pussess tad-dinja viżibbli, maħluqa għalih, waqt li kien jaf u mpona l-ismijiet lill-esseri ħajjin (l-animalja). L-istess “bniedem”, bħala maskju u femmina, waqt li jagħrfu lil xulxin reċiproċikament f’din l-ispeċifika komunità-komunjoni ta’ persuni, f’liema r-raġel u l-mara jingħaqdu hekk strettament bejniethom li jsiru “ġisem wieħed”, jikkostitwixxi l-umanità, jiġifieri jikkonferma u jġedded l-eżistenza tal-bniedem bħala xbiha ta’ Alla. Kull darba li t-tnejn, raġel u mara, jerġgħu jaqbdu, biex ngħidu hekk, din l-immaġni tal-misteru tal-ħolqien u jittrasmettuha “bil-għajnuna ta’ Alla-Jahwe”.

Il-kliem tal-Ktieb tal-Ġenesi, li huwa xhieda tal-ewwel twelid tal-bniedem fuq l-art, jiġbor fih b’mod kontemporanju dak kollu li jistà u li jinħtieġ jgħid dwar id-dinjità tal-ġenerazzjoni umana..


(1) Fir-rigward tal-arċitipi, C. G. Jung jiddeskrivihom bħala forom “a priori” ta’ funzjonijiet varji tar-ruħ: perċezzjoni ta’ relazzjonijiet, fantasija krejattiva. Il-forom jintlew b’kontenut b’materjali ta’ esperjenza.  Huma mhumiex inattivi, għall-kuntrarju huma mgħobbijin b’sentiment u tendenza [ara l-ewwelnett: Die psychologischen Aspekte des Mutterarchetypus “Eranos”, 6, 1938, pp. 405-409]. Skont din il-konċezzjoni, wieħed jistà jiltaqà ma’ arċitip fir-relazzjoni mutwa raġel-mara, relażjoni li hija bażata fir-realizzazzjoni  binarja u kumplimentari tal-esseri uman f’żewġ sessi. L-arċitip jintela b’kontenut permezz tal-esperjenza individwali u kollettiva, u jistà jħaddem il-fantasija krejatriċi ta’ xbihat. Hemm bżonn nippreċiżaw li l-arċitip: a) la jillimita u l-anqas jeżalta fir-rapport fiżiku, imma jinkludi ir-relazzjoni tal-“għarfien” b) huwa mgħobbi b’tendenza: xewqa-biżà, rigal-pussess; ċ) l-arċitip, bħala proto-immaġni [“Urbild”] huwa ġeneratur ta’ xbihat [“Bilder”]. It-tielet aspett jippermettilna ngħaddu għall-ermenewtika, fir-realtà dik ta’ testi tal-Iskrittura u tat-Tradizzjoni. Il-lingwaġġ reliġjuż primarju huwa simboliku [cf. W. Stählin, Symbolon, 1958; I. Macquarrie, God Talk, 1968; T. Fawcett, The Symbolic Language of Religion, 1970]. Fost is-simboli, huwa jippreferixxi xi wħud radikali jew eżemplari, li nistgħu nsejħulhom arċetipali. Mela, fosthom il-Bibbja tuża dak tar-relazzjoni konjugali, realment fil-livell tal-“għarfien” deskritt. Waħda mill-ewwel poemi bibbliċi, li tapplika l-arċitip konjugali mar-relazzjonijiet ta’ Alla mal-poplu tiegħu, tjilħaq il-quċċata fil-verb ikkummentat: “Tagħraf il-Mulej”[Os 2,22:weyadacta ‘et Yhwhmitigat fi “Tagħraf li jien jien il-Mulej” = wydct ky ‘ny Yhwh: Is 49,23; 60,16; Ez 16,62, li huma t-tliet poemi “konjugali”]. Minn hawn titlaq tradizzjoni letterarja, li tilħaq il-quċċata fl-applikazzjoni Pawlina ta’ Efesin 5 lil Kristu u lill-Knisja; imbagħad tgħaddi għat-tradizzjoni patristika u għal dik tal-mistiċi l-kbar [per eżempju S. Ġwann tas-Salib, Llama de amor viva]Fit-trattat Grundzüge der Literatur – und Sprachwissenschaft, vol. I, München 1976, IV ed., p. 462, hekk jiddefenixxu ruħhom l-arċitipi: “Xbihat u mottivi arkajki, li skont Jung jiffurmaw il-kontenut tal-inkonxju kollettiv komuni għall-bnedmin kollha; huma jippreżentaw xi simboli li fiż-żminijiet kollha u qrib il-popli kollha jirrendu ħaj f’manjiera immaġġinarja dak li għall-umanità huwa deċiżiv in kwantu għal ideat, rappreżentazzjonijiet u istinti.” Freud, minn dak li jirriżulta, ma jużax il-kunċett ta’ arċitip. Huwa jistabilixxi simbolika jew kodiċi ta’ korrispondenzi fissi bejn xbihat preżenti-patenti u ħsibijiet latenti. Is-sens tas-simboli huwa fiss, ukoll jekk mhux uniku; huma jistgħu ikunu riduċibbli għal ħsieb aħhari irriduċibbli min-naħa tiegħu, li jistà jkun esperjenza taz-żgħorija. Dawn huma primarji u ta’ karattru sesswali [però ma jseħilhomx arċitipi]. Ara T. Todorov, Théories da symbol, Paris 1977, pp. 317ss.; inoltre: J. Jacoby, Komplex, Archetyp, Symbol in der Psychologie C. G. Jungs, Zürich 1957.

(2) Il-paternità hija wieħed mill-aspetti tal-umanità l-iktar rilevanti fl-Iskrittura Mqaddsa. It-test ta’ Ġenesi5 3: “Adam… iġgenera xbiha tiegħu, xebħtiegħu, iben” terġà tingħaqad b’mod espliċitu mar-rakkont tal-ħolqien tal-bniedem [Ġen 1, 27; 5,1]u qisu jattribwixxi lill-missier terren il-partiċipazzjoni fl-opra divina li tittrasmetti l-ħajja, u forsi wkoll għal dak il-ferħ preżenti tal-affermazzjoni: “ra dak li kien għamel, u hekk hu, kienet ħaġa tassew tajba” [Ġen 1,31].

(3) Skont it-test ta’ Ġenesi 1, 26 is-“sejħa” għall-eżistenza hija fl-istess ħin trażmissjoni tax-xbiha u tax-xebħ divin. Il-bniedem hemm bżonn li jipproċedi biex jittrażmetti din ix-xbiha, waqt li hekk ikompli l-opra ta’ Alla. Ir-rakkont tal-ġenerazzjoni ta’ Sett jenfasizza dan l-aspett: “Adam kellu mija u tletin sena meta ġgenera xbiha tiegħu, xebħ tiegħu, iben” [Ġen5,3]. Meta wieħed iqis li Adam u Eva kienu xbiha ta’ Alla, Sett jiret mill-ġenituri din ix-xbiha biex jittrażmettiha lill-oħrajn. Fl-Iskrittura Mqaddsa, iżda, kull vokazjoni hija magħquda ma’ missjoni; mela s-sejħa għall-eżistenza hija diġa predestinazzjoni għall-opra ta’ Alla: “Qabel ma fformajtek fil-ġuf matern, għaraftek, qabel ma ħriġt għad-dawl, kont  ikkonsagrajtek”[Ġer 1,5; cf. ukoll  44,1;49,1.5]. Alla huwa dak li mhux biss isejjaħ għall-eżistenza, imma jsostni u jiżviluppa l-ħajja sa mill-ewwel waqt tal-konċepiment: “Huwa int li ġbidtni mill-ġuf,/ serraħtni fuq sider ommi,/ ma twelidi lqajtni,/ minn ġuf ommi int hu Alla tiegħi”  [Sal 22,10.11; cf. Sal 139,13-15]. L-attenzjoni tal-awtur bibbliku tiċcentra fuq il-fatt stess tar-rigal tal-ħajja. L-interessament għall-mod li fih dan iseħħ huwa pjuttost sekondarju u jidher biss fil-kotba posterjuri  [cf. Ġb 10,8.11; 2Mak 7,22-23; Għerf 7,1-3].

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara t-test oriġinali bit-Taljan >