60. Il-ġisem uman “tema” tal-opra ta’ arti


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 15/04/1981.

L-udjenza tallum taqà propju fil-kors tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-ġimgha l-“kbira” tas-sena liturġika, għaliex iġgegħlna ngħixu mill-qrib il-misteru tal-Għid, li fih “ir-rivelazzjoni tal-imħabba ħanina ta’ Alla tilħaq il-quċċata tagħha” (cf. Ġwanni Pawlu II, Dives in Misericordia, 8).

Waqt li nistieden lil kull wieħed biex jieħu sehem b’fervur fiċ-celebrazzjonijiet liturġiċi ta’ dawn il-jiem, inwassal l-awspiċju li lkoll nagħrfu b’eżultanza u gratitudni id-don irrepetibbli li konna salvati bil-passjoni u l-mewt ta’ Kristu. L-istorja kollha tal-umanità hija lluminata u ggwidata minn din il-ġrajja inkomparabbli: Alla, tjubija bla tarf, xerridha b’imħabba nkredibbli permezz tal-ogħla sagrifiċċju ta’ Kristu. Waqt li, għalhekk, inħejju ruħna biex nelevaw lejn Kristu, rebbieħ tal-mewt, l-innu tagħna ta’ glorja, hemm bżonn li neliminaw minn ruħna dak kollu li jistà jikkontrasta mal-laqgħa miegħu. Biex narawh permezz tal-fidi, infatti, hemm bżonn, li nkunu ppurifikati mis-sagrament tal-mafra u sostnuti mill-inpenn perseveranti ta’ tiġdid profond tal-ispirtu u ta’ dik il-konverżjoni nterna li hija fiha nfisha bidu tal-“ħolqien ġdid” (2Cor 5,17), li tiegħu Kristu rxuxtat huwa l-bidu l-ġdid u l-pleġġ sikur.

Allura l-Għid jirrapreżenta għal kull wieħed minna laqgħa ma’ Kristu.

Dan huwa dak li nawgura minn qalbi lil kulħadd.

1. Fir-reiflessjonijiet preċedenti tagħna – kemm fl-ambitu tal-kliem ta’ Kristu, li fih Huwa jagħmel referenza għall-“bidu”, kif ukoll fl-ambitu tad-Diskors tal-Muntanja, jiġifieri, f’dak li Huwa jfakkar il-“qalb” umana – fittixna b’mod sistematiku, li nuru kif id-dimensjoni tas-soġġettività  personali tal-bniedem tkun element indispensabbli preżenti fl-ermenewtika tejoloġika, li hemm bżonn niskopru u nippresupponu fil-bażi tal-problema tal-ġisem uman. Mela mhux biss ir-realtà oġġettiva tal-ġisem, imma ferm iktar, kif donnu, il-kuxjenza soġġettiva u wkoll l-“esperjenza” soġġettiva tal-ġisem jidħlu, ma’ kull pass, fl-istruttura tat-testi bibbliċi, u għalhekk jitolbu li jkunu meħudin in konsiderazzjoni u li jsibu r-rifless tagħhom fit-tejoloġija. Konsegwentement l-ermenewtika tejoloġika hemm bżonn li tieħu dejjem ħsieb ta’ tali żewġ aspetti. Ma nistgħux nikkunsidraw il-ġisem bħala realtà oġgettiva ‘il barra mis-soġġettività personali tal-bniedem, tal-esseri umani, maski u femmini. Kważi l-problemi kollha tal-“ethos tal-ġisem” huma marbutin kontemporanjament mal-identifikazzjoni ontoloġika tiegħu bħala persuna, u mal-kontenut u l-kwalità tal-esperjenza soġġettiva, jiġifieri fl-istess ħin tal-“għixien” kemm tal-propju ġisem kemm fir-relazzjonijiet interumani, u b’mod partikulari f’din ir-relazzjoni perenni “raġel-mara”. Ukoll il-kliem tal-ewwel Ittra lit-Tessalonkin, li fiha l-Awtur iħeġġeg biex “nieħdu ħsieb ġisimna propju bi qdusija u rispett” (jiġifieri l-problema kollha tal-“purezza tal-qalb”) jindika, mingħajr ebda dubju ta’ xejn, dawn iż-żewġ dimensjonijiet.

2. Dawn huma dimensjonijiet li jirrigwardaw direttament il-bnedmin konkreti, ħajjin, l-atteġġjamenti u l-komportamenti tagħhom. L-opri tal-kultura, speċjalment tal-arti, jagħmlu iva li dawk id-dimensjonijiet li “nkunu ġisem” u li “nisperimentaw il-ġisem”, jestendu, f’ċertu sens, ‘il barra minn dawn il-bnedmin ħajjin. Il-bniedem jiltaqà mar”realtà tal-ġisem” u “jisperimenta l-ġisem” ukoll meta hu jsir tema tal-attività krejattiva, opra tal-arti, kontenut tal-kultura. Għalkemm, b’mod ġenerali, hemm bżonn nagħrfu li dan il-kuntatt isir fuq il-pjan tal-esperjenza estetika, li fiha jkun li nieħdu viżjoni tal-opra tal-arti (bil-Grieg aisthánomai: inħares, nosserva) – u allura li, fil-każ speċifiku, jidħol il-ġisem oġġettivizzat, ‘il barra mill-identità ontoloġika tiegħu, b’mod differenti u skont il-kriterji propji tal-attività artistika – madankollu l-bniedem li jkun aċċettat biex jieħu din il-viżjoni jkun bil-quddiem marbut ferm b’mod profond mas-sinifikat tal-oriġinal, jew aħjar mudell, li f’dan il-każ huwa hu nnifsu: -il-bniedem ħaj u l-ġisem uman ħaj – sabiex huwa jkun jistà jiddistakka u jifred b’mod sħiħ dak l-att, sostanzjalment estetiku, tal-opra fiha nfisha u tal-kontemplazzjoni tiegħu minn dawk id-dinamiżmi jew reazzjonijiet ta’ komportament u mill-valutazzjonijiet, li jiddirieġu dik l-ewwel esperjenza u dak l-ewwel mod ta’ għixien. Dan il-ħars lejn, min-natura tiegħu, “estetiku” ma jistax, fil-kuxjenza soġġettiva tal-bniedem, ikun għal kollox iżolat minn dak “il-ħars lejn” li minnu jitkellem Kristu fid-Diskors tal-Muntanja: waqt li ġagħlna ngħassu kontra l-konkupixxenza.

3. Hekk, mela, l-isfera kollha kemm hi tal-esperjenzi estetiċi ssib ruħha, f’salt wieħed, fl-ambitu tal-ethos tal-ġisem. Ġustament mela hemm bżonn naħsbu wkoll hawn għall-bżonn li noħolqu klima favorevoli għall-purezza: din il-klima tistà nfatti tkun mhedda mhux biss bil-mod stess li fih jiżvolġu r-rapporti u l-konvivenza tal-bnedmin ħajjin, imma wkoll fl-ambitu tal-oġġettivazzjonijiet propji tal-opri tal-kultura, fl-ambitu tal-komunikazzjonijiet soċjali: meta jkollha x’taqsam l-kelma ħajja jew miktuba; fl-ambitu tal-immaġni, jiġifieri tar-rappreżentazzjoni u tal-viżjoni, kemm fis-sinifikat tradizzjonali ta’ dan it-terminu kif ukoll f’dak kontemporanju. B’dan il-mod nilħqu l-oqsma u l-prodotti differenti tal-kultura artistika, plastika, ta’ spettaklu. Ukoll dik li tibbaża fuq it-tekniki awdjoviżivi kontemporanji. F’dan il-qasam, vast u ferm differenzjat, hemm bżonn li ninponu domanda fid-dawl tal-ethos tal-ġisem, deskritt fl-analiżi s’issa magħmula, dwar il-ġisem uman bħala oġġett ta’ kultura.

4. Qabel xejn jiġi stabbilit li l-ġisem uman huwa perennement oġġett ta’ kultura, fl-iktar sinifikat wiesà tat-terminu, minħabb s-sempliċi raġuni li l-bniedem stess huwa suġgett ta’ kultura, u fl-attività tiegħu kulturali u krejattiva huwa jimpenja l-umanità tiegħu waqt li jinkludi għal din ir-raġuni f’din l-attività ukoll ġismu. Fir-riflessjonijiet preżenti hemm bżonn però li nirristrinġu il-kunċett ta’ “oġġett ta’ kultura”, waqt li nillimitaw ruħna għall-kunċett mifhum bħala “tema” tal-opri ta’ kultura u b’mod partikulari tal-opri tal-arti. Hawn għandha x’taqsam it-tematizzazzjoni, jew aħjar l-“oġġettivazzjoni” tal-ġisem f’tali opri. Bdanakollu  hawn hemm bżonn nagħmlu xi distinzjonijiet, ukoll bħala mod ta’ eżempju. Ħaġa waħda huwa l-ġisem uman ħaj: tar-raġel u tal-mara, li fih innifsu joħloq oġġett ta’ arti u l-opra tal-arti (bħal per eżempju fit-tejatru, fil-ballet u, sa ċertu punt, ukoll fil-kors ta’ kunċert), u ħaġa oħra huwa l-ġisem bħala mudell tal-opra tal-arti, bħal fl-arti plastika, l-iskultura u l-pittura. Huwa possibbli li nqegħdu fuq l-istess livell ukoll il-film jew l-arti fotografika f’sens wiesà? Donnu li iva, alavolja mill-punt di vista tal-ġisem bħala oġġett-tema tiġri f’dan il-każ differenza essenzjali biżżejjed. Fil-pittura u fl-iskultura l-bniedem-ġisem jibqà dejjem mudell, sottopost għall–elaborazzjoni speċifika min-naħa tal-artist. Fil-film, u ferm iktar fl-arti fotografika, mhux il-mudell jiġi ttrasfigurat, imma jiġi riprodott l-bniedem ħaj: u f’tali każ il-bniedem, il-ġisem uman, mhuwiex mudell għall-opra tal-arti, imma oġġett ta’ riproduzzjoni miksuba permezz ta’ tekniki konvenjenti.

5. Hemm bżonn nindikaw diġa minn issa, li l-imsemmiha distinzjoni hija mportanti mill-punt di vista tal-ethos tal-ġisem, fl-opri tal-kultura. U jiġi wkoll minnufih miżjud li r-riproduzzjoni artistika, meta ssir kontenut tar-rappreżentazzjoni u tat-trażmissjoni (televiżiva jew ċinematografika), titlef, sa ċertu sens, il-kuntatt fundamentali tal-bniedem-ġisem, li tiegħu hu riproduzzjoni, u spiss ferm isir oġgett “anonimu”, hekk bħal ma hu, per eżempju, att fotografiku anonimu ippubblikat fuq ir-rivisti llustrati, jew inkella immaġni mferrxa fuq l-iskrins tad-dinja kollha. Tali anonimat huwa l-effett tal-propagazzjoni” tal-immaġn  –riproduzzjoni tal-ġisem uman, oġġettivizzat, l-ewwel bl-għajnuna tat-tekniki ta’ riproduzzjoni li, – kif kien imfakkar hawn fuq – donnu jsir differenti essenzjalment mit-trasfigurazzjoni tal-mudell tipiku tal-opra tal-arti, specjalment fl-arti plastiċi. Għalhekk tali anonimat (li wara kollox huwa mod kif “tgħatti” jew “taħbi” l-identità tal-persuna riprodotta), jikkostitwixxi wkoll problema speċifika mill-punt di vista tal-ethos tal-ġisem uman fl-opri ta’ kultura u b’mod partikulari fl-opri kontemporanji tal-hekk imsejħa kultura tal-massa.

Nillimitaw ruħna llum għal dawn il-konsiderazzjonijiet preliminari, li għandhom sinifikat fundamentali għall-ethos tal-ġisem uman fl-opri tal-kultura artistika. Wara dawn il-kunsiderazzjonijiet jirrenduna konsapevoli ta’ kemm huma b’mod strett marbuta mal-kliem, li Kristu ppronunzja fid-Diskors tal-Muntanja, waqt li qabbel il-“ħars biex tixtieq” mal-“adulterju mwettaq fil-qalb”. L-estensjoni ta’ dan il-kliem fl-ambitu tal-kultura artistika huwa ta’ mportanza partikulari, minħabba li jittratta dwar “ħolqien ta’ klima favorevoli għall-kastità” dwar liema jitkellem Pawlu VI fl-enċiklika tiegħu Humanae Vitae. Infittxu li nifhmu dan l-argument b’mod ferm approfondit u essenzjali.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara t-test oriġinali bit-Taljan >