Same-Sex Unions: Ġabra ta’ materjal u riflessjonijiet

Print Friendly, PDF & Email

FORMAZZJONI U INFORMAZZJONI

MILL-KUMMISSJONI TEOLOĠIKA (4)

26 ta’ April 2012

 Same-sex unions

Ġabra ta’ Materjal u Riflessjonijiet

  • Introduzzjoni

Kif kien mistenni, wara d-dibattitu dwar id-divorzju u r-referendum ta’ Mejju 2011, l-issue dwar is-same-sex unions malajr waslet fuq l-aġenda tal-pajjiż. Biżżejjed wieħed jaqra l-ittri, il-kummenti, l-interventi u d-diskussjonijiet fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali tradizzjonali u s-social networks. L-iskop ta’ dan it-tagħrif huwa li nippreżentaw xi informazzjoni u l-argumenti prinċipali dwar dan is-suġġett.

  • X’qegħda t-titlob il-Malta Gay Rights Movement?

Fit-13 ta’ Jannar 2012, il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) ippubblikat position paper[1] li tisħaq li d-definizzjoni legali taż-żwieġ ċivili ma tibqax gender specific. Fil-preżentazzjoni tal-paper tal-MGRM intqal li l-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-divorzju turi biċ-ċar li d-definizzjoni taż-żwieġ tista’ tinbidel. L-Avukat Neil Falzon li kien ikkummissjonat biex iħejji din il-position paper fisser li din tittratta biss iż-żwieġ ċivili u bl-ebda mod ma tolqot il-pożizzjoni tal-Knisja dwar iż-żwieġ. Dr Falzon innota li jekk persuni gay jingħataw il-possibilta’ li jiżżewġu ċivilment, huma jiksbu mhux biss ugwaljanza ma’ persuni eterosesswali, imma wkoll aċċess għad-drittijiet li jirriżultaw mill-firma ta’ kuntratt ta’ żwieġ. Dan ingħad għaliex drittijiet bħall-adozzjoni, il-wirt u pensjonijiet mhux neċessarjament se jkunu inklużi fil-White Paper (tal-Kamra tar-Rappreżentanti) dwar il-koabitazzjoni.

Waqt il-preżentazzjoni tal-position paper, intqal li “l-ebda ħsara mhi se tolqot is-soċjeta’ jekk jingħataw l-istess drittijiet lil koppji tal-istess sess. Intqal li l-prokrastinazzjoni fl-għoti ta’ dawn id-drittijiet mhijiex moralment ġustifikabbli, għax l-ugwaljanza mhix lussu, imma dritt uman. Intqal ukoll li d-dibattitu dwar id-divorzju wera ċar li l-pubbliku huwa miftuħ għal ri-definizzjoni taż-żwieġ”. Ġie rappurtat li ntqal li l-opinjoni pubblika għadha turi reżistenza għal gay unions meta dawn il-persuni jkunu jixtiequ jadottaw it-tfal. Dwar din l-issue, il-position paper  tinnota li madankollu jeżistu  bosta koppji gay li għandhom it-tfal, jew għax parti minnhom kienet adottat tifel/tifla, jew għaliex kien hemm wild minn relazzjoni eterosesswali preċedenti. Il-paper tgħid li l-fatt li sa issa ma hemmx żwieg bejn l-omosesswali tpoġġi lil dawn il-koppji f’pożizzjoni li ma jistgħux jagħtu protezzjoni legali sħiħa lill-ulied għaliex dawn m’għandhomx żewġ ġenituri legali. Il-joint duties u l-awtorita’ ta’ koppja miżżewġa lejn uliedhom tkopri aspetti bħall-manteniment, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-management tal-assets tagħhom, u r-rappreżentazzjoni fil-materji ċivili kollha.[2]

Meta wieħed jara s-sitwazzjoni f’pajjiżi differenti, wieħed jiltaqa’ ma’ tliet forom ta’ rikonoxximent legali għal koppji gay:

 (a) żwieġ ċivili[3];

(b) registered partnerships (civil unions). Dawn għandhom prattikament l-istess drittijiet bħall-miżżewġin. Id-drittijiet legali u fiskali, kif ukoll l-obbligi, huma dawk tal-miżżewġin, għalkemm m’għandhomx id-drittijiet kollha tal-miżżewġin. L-indikazzjonijiet li hemm huma li l-Gvern irid jilleġiżla biex ir-relazzjoni bejn koppji tal-istess sess tkun regolata bil-liġi li tirregola l-koabitazzjoni u jdaħħal is-civil partnership;[4]

(c) basic cohabitation rights.[5]

  • Dokument tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi (2003)

Fl-2003, il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi ppubblikat dokument dwar l-unjoni bejn persuni tal-istess sess: Coniderations Regarding Proposals to give Legal Recognition to Unions between Homosexual Persons (3.6.2003).[6] Fl-Introduzzjoni tiegħu, id-dokument jgħid li fih m’hemmx aspetti dottrinali ġodda, imma preżentazzjoni tal-punti essenzjali dwar is-suġġett kif dehru f’dokumenti preċedenti. Id-dokument ifittex li jipprovdi wkoll argumenti meħudin mir-raġuni li jistgħu jintużaw mill-Isqfijiet fit-tħejjija tal-interventi tagħhom bl-għan li jippromwovu d-dinjita’ taż-żwieġ u l-familja u l-istabilta’ tas-soċjeta’. L-Introduzzjoni tagħlaq billi tgħid li peress li dan is-suġġett għandu x’jaqsam mal-liġi morali naturali, l-argumenti li jinġiebu mhumiex indirizzati biss għal dawk li jemmnu fi Kristu, imma lill-persuni kollha li huma kommessi li jġibu ’l quddiem u jħarsu l-ġid komuni tas-soċjeta’.

Id-dokument jittratta, fl-ewwel parti tiegħu, in-natura taż-żwieġ u l-karatteristici inaljenabbli tiegħu. Mhux biss ifakkar it-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ, imma wkoll dwar il-kumplimentarjeta’ tas-sessi bħala “a truth that is evident to right reason and recognised as such by all the major cultures of the world” (n.2). Id-dokument jisħaq li l-ebda ideoloġija ma tista’ tħassar mill-ispirtu uman iċ-ċertezza li ż-żwieġ jeżisti biss bejn raġel u mara li b’għotja personali u esklussiva lil xulxin, ifittxu l-komunjoni ta’ bejniethom. B’dan il-mod, huma jipperfezzjonaw lil xulxin u jikkoperaw ma’ Alla fil-prokreazzjoni u t-trobbija ta’ ħajjiet ġodda. Ir-Rivelazzjoni u t-Tradizzjoni Nisranija juru li r-raġel u l-mara huma ndaqs u kumplimentari għal xulxin. Is-sesswalita’ tappartjeni għall-aspett fiżiku u bioloġiku, imma ġiet mgħollija għal-livell ġdid – dak personali, fejn in-natura u l-ispirtu jingħaqdu flimkien (n.3).

Id-dokument tal-2003 jisħaq li “there are absolutely no grounds for considering homosexual unions to be in any way similar or even remotely analogous to God’s plan for marriage and the family” (n.4). Id-dokument itenni l-pożizzjoni tal-Maġisteru tal-Knisja dwar l-omosesswalita’, dwar l-atti omosesswali u r-rispett li għandu jintwera lejn dawk il-persuni b’din l-orjentazzjoni sesswali (n.4).

Fit-tieni parti tiegħu, id-dokument Considerations jagħtina stampa tal-atteġġjamenti differenti li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet ċivili quddiem relazzjonijiet omosesswali. Isemmi tliet sitwazzjonijiet differenti: (a) Hemm każi fejn l-Istat jista’ sempliċement jittolera l-fenomenu mingħajr ebda rikonoxximent legali ta’ dawn ir-relazzjonijiet. Madankollu, xorta jibqa’ l-każ li l-Insara għandhom jagħtu xhieda tal-verita’ morali sħiħa.[7] F’dawn il-pajjiżi huma rakkomandati azzjonijiet diskreti u prudenti, bħal p.eż. biex it-toleranza ma tintużax ħażin, u li tiġi mħarsa l-moralita’ pubblika. (b) Hemm Stati fejn hemm rikonoxximent legali tar-relazzjonijiet omosesswali bl-għan li tkun evitata kwalunke diskriminazzjoni lejn persuni b’din l-orjentazzjoni sesswali li jgħixu flimkien. Id-dokument ifakkar li hemm differenza bejn it-tolleranza ta’ sitwazzjoni u l-leġittimazzjoni ta’ drittijiet speċifiċi għall-omosesswali li jikkoabitaw. (c) It-tielet sitwazzjoni hija ta’ dawk l-Istati li jagħtu lill-unjoni omosesswali ekwivalenza għaż-żwieġ (legal equivalence to marriage properly so called, along with the legal possibility of adopting children). Id-dokument jisħaq li l-pożizzjoni Kattolika hija kontra, u b’mod ċar u emfatiku (n.5).

It-tielet parti tad-dokument tagħti argumenti bażati fuq ir-raġuni kontra r-rikonoxximent legali tal-unjoni bejn l-omosesswali. Jibda billi jsostni prinċipju fondamentali: “The scope of the civil law is certainly more limited than that of the moral law, but civil law cannot contradict right reason without losing its binding force on conscience. Every humanly-created law is legitimate insofar as it is consistent with the natural moral law, recognised by right reason, and insofar as it respects the inalienable rights of every person. Laws in favour of homosexual unions are contrary to right reason because they confer legal guarantees, analogous to those granted to marriage, to unions between persons of the same sex. Given the values at stake in this question, the State could not grant legal standing to such unions without failing in its duty to promote and defend marriage as an institution essential to the common good” (n.6).

Id-dokument jgħaddi biex iqajjem punt importanti u li spiss jissemma fil-midja. Jingħad li liġi li tirrikonoxxi l-unjoni bejn l-omosesswali mhix timponi xi forma ta’ imġieba fuq is-soċjeta, imma de facto qed tagħti rikonoxximent lil realta’ li mhi qed tagħmel inġustizzja lil ħadd. Id-dokument għalhekk isostni d-differenza bejn dak li jiġri privatament b’imġieba omosesswali, u l-istess imġieba f’relazzjoni mas-soċjeta’, liema mġieba tkun prevista u approvata mil-liġi, u saħansitra ssir waħda mill-istituzzjonijiet tal-qafas legali (n.6). Punt ieħor li jsemmi d-dokument huwa l-fatt li l-liġijiet ċivili għandhom rwol importanti u spiss deċiżiv kif jiġu influwenzati “patterns of thought and behaviour”. Stili ta’ ħajja  u kull ma hemm warajhom jaffetwaw is-soċjeta’: “legal recognotion of homosexual unions would obscure certain basic moral values and cause a devaluation of the institution of marriage” (n.6).

Unjonijiet omosesswali huma nieqsa mill-elementi bioloġiċi u antropoloġiċi li jikkaratterizzaw iż-żwieġ u l-familja. Dan huwa fatt li mill-punto di vista tar-raġuni ma jippermettix rikonoxximent legali ta’ unjoni omosesswali (n.7). F’dan il-paragrafu, id-dokument jisħaq dwar il-kumplimentarjeta’ sesswali bejn ir-raġel u l-mara, it-trasmissjoni tal-ħajja u t-trobbija tal-ulied li idealment ma tkun imċaħħda la mill-paternita’ u la mill-maternita’.

Id-dokument jgħaddi biex jittratta s-suġġett mill-punto di vista soċjali. Hawn ukoll, id-dokument itenni li l-familja bażata fuq iż-żwieġ hija l-pedament tas-soċjeta’. Is-soċjeta’ tissopravvivi grazzi għall-familja. Naqraw ukoll li “it is one thing to maintain that individual citizens may freely engage in those activities that interest them and that this falls within the common civil right to freedom; it is something quite different to hold that activities which do not represent a significant or positive contribution to the development of the human person in society can receive specific and categorical legal recogition by the State. Not even in a remote analogous sense do homosexual unions fulfil the purpose for which marriage and family deserve specific categorical recognition” (n.8).

Id-dokument tal-Kongregazzjoni jistqarr ukoll li l-liġi ċivili tirrikonoxxi koppji eterosesswali miżżewġa għax il-fatt tat-tnissil ta’ ġenerazzjonijiet ġodda huwa eminentement fl-interess pubbliku u għall-ġid komuni. Id-dokument jgħid li l-istess ma jistax jingħad mill-punto di vista legali għal koppji omosesswali (n.9).

  • Fil-ħarġa li jmiss, se nkunu qed nagħtu, fost l-oħrajn, l-interventi ta’ xi Isqfijiet jew Konferenzi Episkopali dwar dan is-suġġett. Għandna d-direzzjoni tal-Maġisteru li ddawwalna. Tajjeb li nkunu konxji kif isqfijiet differenti ffaċċjaw il-problematika tas-same-sex unions. Dan il-materjal jgħinna fid-dixxerniment li nagħmlu dwar is-suġġett.

Dun Hector Scerri

[1] Neil Falzon, MGRM’s Position Paper on Marriage Equality. Advocating the Best Options of Legislating for Same Sex couples & Families in Malta, 2012.

[2] Ara The Times, 16.1.2012, p.7, u s-sit http://www.maltagayrights.org.

[3] Preżentement, fl-Ewropa, 7 pajjiżi għandhom leġiżlazzjoni ta’ żwieġ bejn l-omosesswali (il-Belġju, l-Iżlanda, l-Iżvezja, l-Olanda, in-Norveġja, il-Portugal u Spanja). Ma’ dawn il-pajjiżi dalwaqt tingħaqad id-Danimarka. Huwa interessanti l-iter leġiżlattiv li bih id-Danimarka għaddiet minn registered partnerships għal same-sex marriage li jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2012: “In 2006, five Social Liberal MPs introduced a resolution that asked the Government to draft a gender-neutral marriage law. The resolution was debated in Parliament and opposed by members of the conservative governing coalition. The Minister for the Family, Carina Christensen, argued that registered partners already had the same rights as married partners except the ability to marry in church, and thus that gender-neutral marriage was unnecessary. In January 2008, the Social Liberal Party’s Equality Rapporteur, Lone Dybkjær, once again called for gender-neutral marriage. The Copenhagen Mayor for Culture and Recreation, Pia Allerslev, from the conservative governing Venstre party, has also publicly supported same-sex marriage, as has the Lord Mayor of Copenhagen, Ritt Bjerregaard. In June 2010, the Parliament once again debated a same-sex marriage bill proposed by the opposition parties. It was rejected on a 52-57 vote. The motion calling for legalization was also voted down.

In October 2011 Manu Sareen, Minister for Equality and Church Affairs in the new Danish government, announced the government is seeking to legalize same-sex marriage by spring 2012. On 18 January 2012, the government published two draft bills. One bill introduces a gender-neutral definition of marriage and allows same-sex couples to marry either in civil registry offices or in the Church of Denmark. Existing registered partnerships will have the option of converting to a marriage, while no new registered partnerships will be able to be created. According to the other bill individual priests will be allowed to refuse to conduct same-sex marriages. Other religious communities will also be allowed to conduct same-sex marriages but will not be compelled to do so. The bills were under consultation process until 22 February 2012.  On 14 March 2012, the government submitted both bills to the parliament. The new law is intended to take effect as from 15 June 2012.”

Source: http://en.wikipedia.org/wiki/Registered_partnership_in_Denmark#Same-sex_marriage (accessat 1.4.2012)

[4] Registered partnerships jeżistu fl-Andorra, l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika ¬eka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Isvizzera, Lichtenstein, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Renju Unit, Slovenja, u l-Ungerija. F’dawn il-pajjiżi jeżisti rikonoxximent tar-relazzjoni bejn l-omosesswali li għandhom diversi drittijiet skont il-liġijiet tal-pajjiż kon`ernat, pero’ anqas mill-pakkett sħiħ li nsibu fejn hemm żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

[5] Insibu għadd ta’ pajjiżi fejn hemm basic cohabitation rights. Għalkemm hemm rikonoxximent tal-fatt li l-koppja jgħixu flimkien, kif jgħixu l-aħwa jew qraba oħra, ir-relazzjoni omosesswali bħala tali mhix rikonoxxuta. F’dawn il-każi, hemm biss numru ta’ “drittijiet” li huma mogħtija lil kull min qiegħed jikkoabita ma’ persuna oħra. Din l-informazzjoni (u dik li hemm f’noti 3 u 4) tinsab fis-sit elettroniku http://www.maltagayrights.org/cms/pdfs/bill_mgrm.pdf. (a“essat 26.3.2012).

[6] Qabel l-2003, hemm bosta pronunzamenti jew tal-Papa Ġwanni Pawlu II (diskorsi tal-20.2.1994, 19.6.1994 u 24.3.1999) jew ta’ Dikasteri tas-Santa Sede dwar l-omosesswalita’ jew spe`ifikament dwar is-suġġett ta’ din il-paper: Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, id-Dikjarazzjoni Persona Humana (29.12.1975), Letter on the Pastoral Care of Homosexual Persons (1.10.1986), Some Considerations concerning the Response to Legislative Proposals on the Non-discrimination of Homosexual Persons (24.7.1992); Kunsill Pontifi`ju għall-Familja, Letter to the Presidents of Bishops’ Conferences of Europe on the Resolution of the European Parliament regarding Homosexual Couples (25.3.1994), Family, Marriage and “de facto” Unions (26.7.2000).

[7] Il-verita’ morali sħiħa tfisser mhux biss li tiġi eskluża kull diskriminazzjoni lejn persuni omosesswali, imma wkoll id-diżapprovazzjoni ta’ atti omosesswali.

%d bloggers like this: