Il-Papa Emeritu Benedittu XVI ifaħħar il-“mużika glorjuża” ta’ Johan Sebastian Bach


Nhar is-27 ta’ Lulju, il-Papa bagħat messaġġ lill-organizzaturi tal-‘2021 Bach Festival’ li għandu jsir f’Leipzic, il-Ġermanja bejn it-12 u l-15 ta’ Ġunju 2021.

Papa BenedittuIl-festival se jinkludi xogħol bl-isem ta’ ‘Il-Messiah ta’ Bach’ li jirrakkonta l-ħajja ta’ Ġesù fuq mużika ta’ Bach. Id-direttur artistiku kien qara t-trijoloġija ‘Ġesù ta’ Nazareth’ li Benedittu ppubblika bejn l-2007 u l-2012 Il-festival se jinkludi 33 ‘cantata’ ta’ Bach, il-‘Passjoni skont San Mattew’ u l-oratorji tal-Milied, tal-Għid u tat-Tlugħ is-Sema ta’ Ġesù. Fil-messaġġ tiegħu, Benedittu qal: “Ir-raġuni ta’ kull mużika għandha tkun il-glorja t’Alla u r-rikreazzjoni tal-moħħ”.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.