Pellegrinaġġ online għall-festa tal-Assunzjoni f’Lourdes


Din is-sena, minħabba l-epidemja tal-Covid-19, fil-bażilka ta’ San Piju X f’Lourdes jistgħu jkunu preżenti biss 500 persuna. Dan hu ħafna inqas mill-25,000 li s-sena li għaddiet kienu f’pelleġrinaġġ nazzjonali minn Franza kollha li nġabru fil-belt Marjana nhar il-15 ta’ Awwissu 2019.

lourdesDawk li din is-sena, għar-raġuni tal-Covid-19, ma jistgħux ikunu Lourdes fil-ġimgħa tal-pellegrinaġġ li se jsir mit-12 sas-16 ta’ Awwissu, qed ikunu mistiedna biex jieħdu sehem online fil-pelleġrinaġġ li hu organizzat mill-grupp ‘Familja tal-Assunzjoni. Is-sit tal-ġurnal Croire se jwassal fid-djar il-mumenti qawwija tal-pellegrinaġġ.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.