Omelija lill-Istudenti Universitarji bi tħejjija għall-Għid


QUDDIESA GĦALL-ISTUDENTI UNIVERSITARJI BI TĦEJJIJA GĦALL-GĦID.

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. San Pietru, 20 ta’ Marzu 1980

  1. “Quaerite Dominum dum inveniri potest. Invocate eum, dum prope est”.

“Fittxu lill-Mulej, waqt li jippermetti li ssibuh, sejħulu, meta hu fil-qrib” ( 55,6).

Jekk illum qegħdin mill-ġdid niltaqgħu, fil-Bażilika ta’ San Pietru, professuri u studenti tal-università u tal-iskejjel l-oħra superjuri ta’ Ruma, huwa bla dubju ta’ xejn ir-Randan li qiegħed iwassalna hawn. Il-perijodu ta’ erbgħin jum ta’ tħejjija għall-Għid kien stabbilit fl-antik mill-Knisja, sabiex fih titwettaq l-istedina li nfittxu lill-Mulej: “Quaerite Dominum”! Ma nistgħu qatt nieqfu nfittxuh: jeżistu madankollu perijodi li jitolbuna li nagħmlu dan b’mod iktar intensiv, għaliex fihom il-Mulej ikun partikolarment fil-qrib, u allura iktar faċli li nsibuh u niltaqgħu miegħu. Tali viċinanza tikkostitwixxi t-tweġiba tal-Mulej għall-invokazzjoni tal-Knisja, li tesprimi ruħha kontinwament permezz tal-liturġija. Anzi,hija  propju l-liturġija li tatwa l-viċinanza tal-Mulej.

Minn hawn l-invokazzjoni: fittxu, quaerite!

Ir-Randan, bħala perijodu ta’ erbgħin jum ta’ tħejjija għall-Għid, għandu fil-Knisja l-istorja preċiża tiegħu, li permezz tagħha jitnaqqax fl-istorja tal-qlub u tal-kuxjenzi umani.

Għall-perijodu kif tafu, l-oriġni tar-Randan donnu jmur lura għas-seklu erbgħa; imma diġa fit-tieni u fit-tielet seklu – qabel ma naslu għall-perijodu fiss ta’ erbgħin jum – il-fidili kienu jħejju ruħhom għall-Għid b’sawm u talb speċjali (cf. Tertulliano; Ippoliti, Traditio Apostolica; S. Ireneo). F’dan il-perijodu, il-penitenti pubbliċi kienu jħejju ruħhom għar-rikonċiljazzjoni, u l-katekumeni għall-Magħmudija.

Ir-Randan huwa perijodu ta’ penitenza, ta’ konverżjoni, ta’ bidla tal-qalb(metanoia), li tirriżulta minn diversi mottivi, imma b’mod speċjali titnissel mill-meditazzjoni tal-passjoni u tal-mewt ta’ Ġesù Kristu. Propju minn din il-meditazzjoni jibda dak il-ħars lejn il-Mulej, dik l-“istennija tal-Alla tal-fidwa”, li dwarha jitkellem illum il-profeta Mikea: “Imma jien nerfà ħarsti lejn il-Mulej, / nittama fl-Alla tas-salvazzjoni tiegħi, / l-Alla tiegħi jismagħni” (Mi 7,7).

Huwa sewwa mela li f’dan il-perijodu aħna niltaqgħu hawn, u huwa sewwa wkoll, li f’Ruma, propju fl-ambjenti universitarji u akkademiċi tagħkom, ma naqsux inizjattivi simili ta’ ġabra, ta’ talb, ta’ approfondiment tar-Randan. Jistà jkun li dawn l-inizjattivi m’għandhomx karattru “ta’ massa”, bħal dari, u kif ukoll illum f’xi posdtijiet. Barra minn hekk, hemm bżonn li dejjem nieħdu ħsieb il-fatturi li jiffavorixxu jew li jirrendu diffiċli tali inizjattivi u li jiddeterminaw l-estensjoni “soċjali” tagħhom.  Kultant ikun biżżejjed li nkompluhom fil-kondizzjonijiet diġa maħluqa darba, kultant l-imsemmija kondizzjonijiet ikun hemm bżonn li noħolquhom mill-ġdid. Infittxuhom b’mod l-iktar addattat għaċ-ċirkustanzi. Madankollu, il-Knisja ma tistax tieqaf nitraskuraw li nimpenjaw ruħna biex inmoruu niltaqgħu miegħu.

  1. Forsi wkoll fir-Randan ftit huma l-jiem, li fihom il-liturġija ma tenfasizzax b’mod hekk ċar, bħallum, il-verità li l-laqgħa ma’ Kristu hija laqgħa mad-dawl li jdawwal, b’mod radikali u feddej, it-toroq tal-ħajja umana: radikali għaliex jinżel fis-sisien tal-esseri: feddej għaliex juri l-prospettiva sħiħa tal-ġid.

“Il-Mulej hu df-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, / minn min għandi nibżà? / il-Mulej huwa d-difiża ta’ ħajti. / quddiem min għandi nitwerwer?” (Sal 27,1).

Dan kollu jsib it-twettiq tiegħu fil-ġrajja li l-appostlu-evanġelista Ġwanni ttrażmetta b’mod eċċezzjonalment preċiż u partikulareġġjat: Ġesù jagħti d-dawl lil bniedem għama minn twelidu (cf. Ġw 9,1-41).

L-ewwel, Ġesù jwieġeb għad-domanda tad-dixxipli dwar l-oriġni tal-għama tal-iddisgrazzjat: tweġiba li tgħid ħafna. Wara, bit-tajn magħġun bil-bżieq, Ġesù jifirxu fuq għajnejn il-għama u jordnalu li jinħasel fl-ilma tal-għadira tà Siloe. Bl-ordni mwettqa, l-għama jirċievi d-dawl.

Ejjew neżaminaw sewwa ċ-ċirkostanzi ta’ tali don. Ir-raġel, għama minn twelidu qatt ma ra xejn u lil ħadd. Fil-waqt li jirċievi d-dawl, wriet ruħha quddiemu, għall-ewwel darba, id-dinja kollha li aħna naraw kuljum, bħala novità assoluta. S’issa kien jiċċaqlaq bl-għajnuna tal-mess, jistà jkun ukoll bl-għajnuna ta’ bastun abjad, bħall-għomja ta’ żminijietna, jew forsi permezz ta’ kelb-gwida. Tali għajnuniet, madankollu, kienu jippermettulu li sempliċement jimxi bi tbatija,waqt li b’diffikulta jgħaddi ħajtu fiċ-ċirku strett tal-affarijiet. X’ħass meta akkwista d-dawl? Kif kellu jgħix issa?

F’liema prospettiva kellu jħossu liberat? Liberat għaliex jara!

U fl-aħħarnett: Liema sentimenti kellu jrabbi fil-konfront ta’ dak li, f’dak il-jum memorabbli, diliklu t-tajn fuq għajnejh u amarlu jmur jinħasel fl-għadira ta’ Siloe? X’kellu jaħseb dwaru?

Ġara mbagħad li, għal ftit jiem oħra, Kristu baqà għalih mhux magħruf. Ma kienx rah meta fuq għajnejh qiegħedlu t-tajn; kien biss semgħu jgħidlu: “Mur inħasel fl-għadira ta’ Siloe”. Fil-waqt, imbagħad tal-laqgħa tiegħu ma’ Ġesù, li seħħet biss wara ċertu żmien, seħħ dan id-djalogu: “Inti temmen f’Bin il-bniedem?…”; “U min hu dan, Mulej, sabiex jiena nemmen fih?…”; “Inti rajtu: Dak li qed jitkellem miegħek huwa propju hu”, Wieġbu: “… Jiena nemmen, Mulej”.

Id-don tad-dawl mess mhux biss is-sens tal-ġisem, imma laħaq l-intimu tar-ruħ.

  1. Din is-silta tal-Vanġelu għandha l-motivazzjoni storika partikolari tagħha fir-rabà ġimgħa tar-Randan. Fl-ewwel sekli il-perijodu ta’ erbgħin jum kien, fil-Knisja, iż-żmien tat-tħejjija partikolarment intensiv għall-magħmudija. Kien iż-żmien iddedikat b’mod speċjali għall-katekumeni.

Hekk twettaq, fl-isfera tiegħu, dak il-proċess ta’ konverżjoni li jeħtieġ li jiġi meqjus bħal ta’ l-ewwel u l-iktar fundamentali: il-konverżjoni lejn Alla li jagħtina l-ħajja l-ġdida fi Kristu. Infatti għandna nkunu mgħaddsa f’mewtu biex imbagħad insiru fis-sagrament tal-magħmudija – waqt li nieħdu sehem, bi prezz ta’ din il-mewt, fil-qawmien mill-imwiet tiegħu – il-krejatura l-ġdida. Biex insiru s-suġġett ħaj tal-misteru li fih Alla jġedded, f’kull wieħed u waħda minna, il-bniedem il-qadim, waqt li joħolqu mill-ġdid, permezz tal-grazzja, xbiha ta’ Ibnu uniġenitu.

Dawk li kienu jħejju ruħhom, b’dan il-mod, għall-magħmudija fil-lejl tal-qawmien mill-imwiet tiegħu, kienu jissejħu katekumeni. Kienet iddawwarhom ċerta ansjetà tal-komunità kollha tal-Knisja, għaliex, hekk hu, kull wieħed u waħda minnhom kellom isiru f’dak il-lejl paskwali, issa fil-qrib, is-suġġett tal-ikbar misteru. Kellu jirrepeti ruħu fih u fiha, b’mod sagramentali, il-qawmien mill imwiet tal-Muilej.

Kull wieħed u waħda kellhom isiru s-suġġett tal-Għid, jiġifieri tal-passaġġ mill-mewt għall-ħajja. Biex jilħqu t-triq li twassal għal dak il-passaġġ – għall-Għid – biex jipperseveraw fiha sal-aħħar, kull wieħed u waħda mill-katekumeni kellhom jiltaqgħu mad-dawl tal-Mulej. Il-Mulej kellu jiftaħ għajnejhom, bħal ma kien fetaħ għajnejn dak ir-raġel għama sa minn twelidu, li dwaru titkellem il-liturġija tallum: għama mingħajr ħtija tal-ġenituri. Għama, “sabiex jidhru fih l-opri ta’ Alla” (Ġw 9,3), “l-opri kbar ta’ Alla”: “magnalia Dei”! (At 2,11).

Għal dan il-għan il-katekumeni kienu jgħaddu minn diversi lezzjonijiet. Kienu jagħmlu konoxxenza tal-artikoli tal-fidi. Kienu jkollhom jagħrfuhom fl-espressjoni umana tagħhom. Imma ma kienx biżżejjed l-għarfien. Kellhom jirċievu d-dawl, id-dawl intern li jiġi minn Kristu stess. Dan id-dawl jagħmel iva li l-bniedem jara kollox, id-dinja u lilu nnifsu, b’mod radikalment ġdid. Jara b’mod għal kollox ġdid: mill-bażijiet, mill-bidu. Isir is-suġġett ta’ għarfien ġdid, sabiex jieħu sehem mill-għarfien, li bih Alla stess jagħraf, u li għaddielna f’Ibnu. Il-bniedem isir mela s-suġġett tal-għarfien il-ġdid, biex ikun jistà jsir, b’mod konxju għal kollox, is-suġġett tal-ħajja l-ġdida.

  1. Il-liturġija tallum, tintrabat b’mod speċjali mal-liturġija tal-lejl paskwali. Il-Katekumeni – dawk li, bl-opra ta’ Kristu, saru parteċipi tal-għarfien il-ġdid. Dawk li kisbu (bħall-għama minn twelidu) id-dawl – jimxu għal għonq din il-liturġija bil-kant tagħhom: bil-kant tal-bnedmin, li Alla rrivela lilu nnifsu lilhom, u flimkien ma’ Alla, irrivelaw ruħhom b’mod ġdid, id-dinja u l-bniedem.

“Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, / minn min għandi nibzà? / Il-Mulej huwa d-difiża ta’ ħajti, / minn min għandi nitwerwer?… / Ismà, Mulej, leħni. / Jiena ngħajjat: Ikollok ħniena minni! Weġibni! / Dwarek qalet qalbi: “Fittex ‘il wiċċu”, \ lil wiċċek, Mulej, jien infittex. / La taħbilix wiċċek. / la twarrabx b’rabja l-qaddej tiegħek, / huwa int l-għajnuna tiegħi, la titlaqnix. / tabbandunanix, Alla tas-salvazzjoni tiegħi…/ jiena ċert li nikkontempla t-tieba tal-Mulej / f’art il-ħajjin. / Ittama fil-Mulej, kun sod, / qawwi qalbek u ttama fil-Mulej”. (Sal 26 [27],1.7-9.13-14).

Il-katekumeni, fil-prospettiva tal-magħmudija diġa fil-qrib, jesprimu l-ferħ tad-dawl spiritwali li rċivew, li bih saru parteċipi. Sabu ruħhom fit-triq li twassal għall-viżjoni ta’ Alla “wiċċ imb wiċċ” (1Kor 13,12). Ir-riċerka tal-“wiċċ ta’ Alla” saret it-triq tal-bniedem konxju tat-twettiq definittiv tiegħu. U din hija t-triq tal-fidi.

  1. Aħna wkoll ninsabu fit-triq. Mhijiex iktar it-triq tal-kastekumeni. Ħija t-triq tal-fidi. Mela din l-esperjenza li fiha trid tintroduċina l-liturġija tallum, aħna diġa, b’xi mod, wettaqniha. U, jistà jkun, li ma nafuha xejn affattu.

Wsaqt li nirċievu l-magħmudija fil-perijodu nfantili, naslu għall-fidi permezz tal-komunità tal-familja tagħna, li trid tiftħilna l-għana tal-Knisja mill-iktar fis possibbli, waqt li tassumi d-dmirijiet kollha riżultanti.

Il-Knisja, minn  bosta żmien ilu, stabbiliet li naqbdu din it-triq, waqt li nqisu kemm iċ-ċirkostanza li ma tistax tittardja l-waqt tal-grazzja fil-ħajja ta’ xi bniedem, kif ukoll dik li, permezz tal-magħmudija tat-trabi, hemm bżonn li tgħin il-kostruzzjoni tal-familja mifhuma bħala “l-knisja domestika”, waqt li ttiha, speċjalment, il-possibiltajiet tat-“tieni, biex ngħidu hekk, katekuminat”. U b’dan il-mod fil-korsa ta’ tant ġenerazzjonijiet, minflok l-“edukazzjoni primarja għall-fidi” iffurmat ruħha u immaturat esperjenza għanja ta’ edukazzjoni “fil-fidi”.

Waqt li fl-ewwel każ il-grazzja tal-magħmudija kienet tikkostitwixxi l-punt tal-wasla, fit-tieni, hija hi l-bażi; hija hi l-punt tat-tluq ta’ dak kollu li għalih aħna nsara u li għalih inġibu ruħna ta’ nsara.

U hija wkoll il-punt tat-tluq ta’ din il-laqgħa kwareżimali (tar-Randan)  tagħna.

  1. Huwa sewwa li fil-kwadru ta’ din il-laqghħa nistgħu nikkunsidraw il-problema tal-katekuminat.

La darba l-katekuminat għandu dejjem jibni, b’xi mod, is-sies tal-fatt li aħna nsara u tal-imġieba tagħna ta’ nsara; ladarba dan dejjem jikkostitwixxi għalina, appuntu, il-bażi u l-punt tat-tluq.

Huwa, mela, sewwa li, fil-liturġija tallum, niltaqgħu mal-katekuminat – jiġifieri mal-bniedem li għalih Kristu sar id-dawl, mal-bniedem li rċieva d-dawl tal-fidi, li sab ruħu fit-triq tal-għarfien il-ġdid.

Ejjew inħarsu b’attenzjoni l-imġieba ta’ dan il-bniedem. Minnufih wara li kiseb id-dawl, isir oġġett ta’ interrogazzjoni u ta’ ndaġni. Id-domandi sarulu l-ewwel minn dawk li kienu jafuh u mill-ġirien. Dawn, wara, jeħduh għand l-iskribi u l-fariżej. Hawn jinbidel il-karattru tad-domandi. Huma ma jillimitawx ruħhom għall-meravilja quddiem il-fatt li l-għama mit-twelid akkwista d-dawl. Ma jillimitawx ruħhom linqas li jaċċettaw – bħall-ġirien u dawk li kienu jafuh – dak li kien iddikjara, u jiġifieri li kien akkwista d-dawl bis-saħħa tal-bniedem li kien jismu Ġesù. Anzi, ifittxu li fih jindebolixxu din iċ-ċertezza u li jġagħluh jinnega propju din il-verità.  U billi ma setax jinnega l-fatt, li hu evidenti – kien evidenti li l-għama minn twelidu issa kien jara – ifittxu li jinnegaw iċ-ċirkustanzi u s-sinifikat tal-ġrajja. Iċ-ċirkustanzi: “Dan il-bniedem, mhux ġej minn Alla, għaliex ma josservax is-Sibt”… “Aħna nafu li dan il-bniedem huwa midneb”. U s-sinifikat tal-fatt li, appuntu għalihom, huwa l-iktar importanit: “Int x’tgħid dwaru, mill-waqt li fetaħlek għajnejk?” Huwa jwieġeb: “Huwa profeta!” It-tweġiba tinkwetahom. Tistà tkun perikoluża jekk tinxtered fost in-nies (hemm bżonn li n-nies iqisu lil Ġesù ta’ Nażżaret bħala midneb li jikser il-liġi tas-Sibt). Il-fariżej ifittxu li jinfluwenzaw ruħhom fuqu permezz tal-ġenituri tiegħu. Għalxejn. L-isforzi kollha tagħhom jimmiraw li jiskreditaw lill-wettieq tal-miraklu fl-għajnejn tal-imfejjaq, jispiċċaw b’insuċċess.

Ippressat mid-domandi tagħhom huwa jżomm prontezza kbira ta’ spirtu. Jagħmel raġġjonament loġiku u nkontestabbli, u jtemmu bil-kliem: “Li kieku dan ma kienx minn Alla, ma kien ikun jistà jagħmel xejn”. Il-fariżej ma jistgħux għajr  juru r-rabja u l-indinjazzjoni: “Twelidt kollok kemm int fid-dnubiet u trid tgħallem lilna?” U keċċewh ‘il barra”.

Hekk jintemm l-ewwel eżami prattiku fuq il-fidi tal-katekumenu.

  1. Ejjew neżaminaw din il-problema bi preċiżjoni. Fit-triq tal-fidi fi Kristu, aħna niġu msejħa b’mod imtenni għal eżami tal-fidi. Forsi, inġustament, naħsbu li, jekk l-eżami jseħħ bl-istess mod bħal tal-għama minn rwelidu, aħna wkoll ngħaddu bla ebda dubju hekk bħalu.

Iżda, l-eżami tagħna tal-fidi fi Kristu mhuwiex ugwali. Ma huwa qatt bħal tal-għama. Kull eżami tal-fidi huwa differenti.

Liema hu?

Liema hu dan l-eżami tal-fidi – eżami ta’ għarfien ta’ Kristu, eżami dwar il-konvinzjonijiet insara tagħna – li għandna nagħmlu kiull wieħed u waħda minna, bnedmin kontemporanji, rappreżentanti tal-ambjent universitarju f’Ruma, fil-belt li  elfejn sena ilu saret il-kapitali tal-kristjaneżmu u, fl-istess ħin, il-kapitali tal-kultura Ewropea…?

Liema hu dan l-eżami?

Miniex se nfittex li nwieġeb għal din id-domanda. Ikun kollu sforz vojt. Għandu jkun hemm tant tweġibiet, daqs kemm intom, preżenti f’din il-Bażilika.

Bdanakollu se nagħmel din id-domanda. U nitlobkom li tfittxu li ttuha tweġiba. Propju f’dan ir-Randan. Tkun din ix-xhieda ta’ dak it-“tieni katekumenat”, li għalih, f’ċertu tali mod, isejjaħ dejjem, għal kull wieħed u waħda minna mgħammdin ir-Randan. Għal kull wieħed u waħda minna, insara maturi.

La taħsbu, inqas għal waqt wieħed, li kull wieħed u waħda minna ma nistgħux inkunu nterrogati, fil-ħajja tagħna, fuq Kristu.

La taħsbux li żminijietna ma jesiġux, fil-konfront ta’ kull wieħed u waħda minna, dak l-eżami ta’ għarfien rigward Kristu u rigward l-affiljazzjoni tagħna lil Kristu fil-Knisja tiegħu!

Żminijietna dan jimponuh, u kemm profondament!

Jimponuh b’diversi metodi, skont elenku differenti ta’ domandi. Kultant dawn donnhom differenti ħafna. Madankollu aħna nterrogati. Madankollu l-eżami jsir. U huwa eżami tassew profond. Tassew radikali.

  1. Hekk ir-Randan huwa ż-żmien ta’ laqgħa partikolari ma’ Kristu, li ma jiqafxc jitkellem dwaru stess: “Jiena hu d-dawl tad-dinja; min jimxi warajja…jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw8,12).

Hekk kien bosta żmien ilu – fiż-żminijiet tal-katekumenat primittiv. U hekk hu llum – fiż-żminijiet tat-“tieni katekumenat ”.

Ir-Randan jikkostitwixxi dak iż-żmien beatu li fih kull wieħed u waħda minna nistgħu, b’mod speċjali, ngħaddu minn ġoż-żona tad-dawl. Dawl qawwi, dawl intens jiġi miċ-Ċenaklu, mill-Ġetsemani, mill-Kalvarju, u fl-aħħarnett mill-Ħadd tal-Qawmien mill-Imwiet.

Hemm bżonn li naqsmu din iż-żona ta’ dawl hekk li nerġgħu nsibu fiha mill-ġdid il-ħajja.

Huwa fija d-dawl? Hija fija l-ħajja?. Din il-ħajja li Kristu ttrapjanta??

Kristu, flimkien mad-dawl tal-fidi, ittrapjanta, f’kull wieħed u waħda minna, il-ħajja tal-grazzja.

Hija fija l-ħajja tal-grazzja?

Jew forsi fija għeleb id-dnub?

Fid-dawl paskwali, fid-dawl tal-passjoni u tas-salib, id-dnub jieħu forma iktar ċara.

Fid-dawl paskwali, fid-dawl tal-qawmien mill-imwiet tinfetaħ b’mod iktar ċar it-triq biex negħlbu d-dnub u nilħqu t-tisfija, l-indiema, il-maħfra. “Min jimxi warajja, ikollu d-dawl tal-ħajja!” (Ġw 8,12).

Jalla kull wieħed u waħda minnkom, għeżież ħbieb, tgħaddu dan ir-Randan b’mod li tħallu li tkunu ppenetrati mid-dawl tal-ħajja.

Il-bniedem jitwieled mill-ġdid għall-ħajja fi Kristu, għall-ewwel darba, fis-sagrament tal-magħmudija.

Il-bniedem, bil-magħmudija, jerġà jitwieled għall-ħajja fi Kristu, għall-grazzja li kien tilef, minħabba d-dnub, u kull darba jerġà jitwieled permezz tas-sagrament tal-Qrar.

Twieldu mill-ġdid għall-ħajja fi Kristu. Amen.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Maltin minn Emanuel Zarb.

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.