Id-Divorzju u l-Koabitazzjoni jirrovinaw ħajjet it-tfal.

Print Friendly, PDF & Email

Benedittu XVI

“Għadd ta’ tfal imrobbijin minn ġenituri li jgħixu f’koabitazzjoni, minn ġenituri separati, divorzjati jew li reġgħu iżżewġu, huma mcaħħda minn punti fissi ta’ riferenza f’ħajjithom u jistgħu jispiċċaw isofru minn kunflitt intern u konfuzjoni. Il-familja tradizzjonali msejsa fuq l-għaqda tar-raġel u l-mara fi żwieġ indissollubli llum tinsab taħt attakk kontinwu”. Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI f’indirizz lill-Isqfijiet Braziljani.

Il-Papa kompla jgħid li “jeżistu forzi fis-soċjetà tallum li huma kommessi li jeqirdu l-għorfa naturali tal-ħajja umana. Familji f’kulturi sekularizzati, speċjalment fejn id-divorzju huwa legali, jidhru mhedda bl-inċertezza, fejn aktar u aktar koppji qed jibnu fuq il-fraġilità tal-koabitazzjoni, ħafna drabi ibbażata fuq l-emozzjoni tal-individwu jew fuq sentiment ta’ suġġettivita”.

Il-Kap tal-Kattoliċi temm jgħid li hekk kif id-divorzji qed jiżdied u l-koabitazzjoni qed titfittex aktar, it-tfal qed jispiċċaw l-akbar vittmi fit-tali sitwazzjonijiet diffiċli. Dawn qed jispiċċaw mċaħħda mill-appoġġ tal-ġenituri u qed jispiċċaw vittmi ta’ mard u abbandun li qed jikkawża diżordni soċjali.

Karl Wright, 29 Settembru 2009

http://www.maltadiocese.org

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading