20,000 djarju b’risq id-Dar tal-Providenza


Għadd ta’ ħaddiema fil‑Kurja tal‑Arċisqof iddedikaw ġurnata tax‑xogħol tagħhom sabiex jgħinu lid‑Dar tal‑Providenza. Dan bħala parti mir‑responsabbiltà soċjali (corporate social responsibility) tal‑Kurja tal‑Arċisqof.

Għall‑attività pparteċipaw madwar 50 impjegat li ppreparaw madwar 20,000 djarju li se jitqassmu ma’ eluf ta’ oħrajn fid‑djar tal‑familji Maltin u Għawdxin sabiex jgħinu lid‑Dar bid‑donazzjoni tagħhom. L‑attività saret fl‑uffiċċji rispettivi u mhux fid‑Dar tal‑Providenza, minħabba r‑restrizzjonijiet tal‑COVID‑19.

Dr Rebecca Gatt, Maniġer tat‑Taqsima Riżorsi Umani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, qalet li l‑pandemija COVID‑19 ma waqqfitx lill‑impjegati tal‑Kurja milli jgħinu lill‑persuni fil‑bżonn. Spjegat li minbarra l‑għajnuna fil‑preparazzjoni tad‑djarji, inġabret ukoll is‑somma ta’ €1,000 b’risq id‑Dar tal‑Providenza li toffri residenza lil 115‑il resident.

L‑attività, li saret il‑Ħamis 3 ta’ Settembru 2020, ġiet organizzata bl‑għajnuna ta’ APS Bank, Banif Bank, Farsons Direct, La Ciliega Caterers u MVintage.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.