Saċerdoti iżolati meta huma f’diffikultà psikoloġika

Print Friendly, PDF & Email

L-għada tas-suwiċidju ta’ żewġ Saċerdoti Franċiżi, fil-21 u t-23 ta’ Awwissu, l-Isqof ta’ Troyes, Mons. Marc Stenger esprima ruħu publikament: “Aħna, li aħna responsabbli, smajna t-tbatija tagħhom?”

Filwaqt li l-iżbalji, l-aktar ta’ dawk afdati b’pastorali, huma kkundannati, l-iżolament li jgħaddu minnu s-saċerdoti f’diffikultajiet psikoloġiċi minħabba għemilhom m’għandux ikun injorat.

Dawn kienu żewġ sitwazzjonijiet differenti, imma fiż-żewġ każi dawk li jafuhom ma ħasbux kemm is-saċerdoti kienu għaddejjin minn żmien diffiċli. L-imwiet taż-żewġ saċerdoti qajmu mistoqsijiet dwar il-kawżi li jwasslu għal dawn l-istejjer spjaċevoli. Ivarjaw minn nixfa spiritwali, minn firda bejn il-vokazzjoni ideali u d-diffikultajiet tas-saċerdot fil-ħajja ta’ kuljum, il-kunċetti marbutin maċ-ċelebat.

Minbarra l-prominenza tal-midja u tal-kummenti odjużi fil-mezzi soċjali, jaffettwa wkoll l-iżolaent u s-skiet mill-ħbieb, li jkompli jtaqqal il-qalb il-persuna.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading