VISITA PASTORALI FiIL-PARROĊĊA TA’ SANTA MARIA IN TRASTEVERE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Ruma, 27 ta’ April 1980
1. “Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, intom ilkoll tal-art, / Aqdu lill-Mulej bil-ferħ, / Ippreżentaw ruħkom lilu b’eżultanza”. (Sal 99 [100],2).
Dan u l-kliem tal-liturġija tallum jiġi b’insistenza fuq xuftejja, waqt li ninsab bejn il-ħitan nobbli ta’ dan it-tempju, li huwa ċ-ċentru tal-parroċċa tagħkom u li jagħtiha isimha. Il-Bażilika ta’ Santa Maria in Trastevere hija knisja li naf sewwa, hija l-knisja li fiha waqaft u li fiha tlabt iktar minn darba waħda. Infatti, dan huwa tempju marbut b’qawwa mal-istorja tal-Knisja fil-Polonja, ma’ art twelidi. Hawn, fl-1579 ġew midfuna l-fdalijiet mortali tal-kbir Kardinal Stanislaw Hozjusz, Isqof ta’ Warmia, li kien wieħed mil-legati pontifiċji fil-Konċilju ta’ Tridentinu, waqt li ta kontribut personali kospikwu għar-rafforzament tal-fidi u tal-Knisja. Fil-monument funebri jinqara il-kliem ċelebri tiegħu: “Catholicus non est qui a Romana Ecclesia in fidei doctrina discordat” (Mhuwiex kattoliku min fid-duttrina tal-fidi ma jaqbilx mal-Knisja ta’ Ruma). Fost il-pitturi antiki tal-atriju tal-portiku tal-Bażilika wieħed jammira Madonna bil-Bambin, u San Winċislaw ta’ Boemia. Huwa magħruf ukoll li minn iktar minn kwart ta’ seklu l-Bażilika ta’ Santa Maria in Trastevere hija l-knisja titolari tal-Kardinal Stefan Wyszynski, Arisqof ta’ Gniezno u ta’ Varsavja. Il-kbir primat tal-Knisja fil-Polonja fi żminijietnai.
Minħabba dawn il-mottivi kelli ċ-ċans li nżur bosta drabi, dan it-tempju nobbli, li nitlob hawn, li niċcelebra s-sagrifiċċju mqaddes jew li nassisti għalih, b’mod speċjali tul il-Konċilju Vatikan II u mbagħad fil-perijodu postkonċiljari. Kelli wkoll iċ-ċans li nsir naf l-inħawi ta’ madwar il-Bażilika u allura l-ambjent tal-parroċċa tagħkom. Spiss imxejt għal għonq dawn it-toroq, fi triqti, lejn id-diversi laqgħat, fil-palazz viċin ta’ San Callisto, b’mod speċjali meta kont nieħu sehem fix-xogħlijiet tal-kunsill għal-lajċi.
2. U għalhekk, ferm iktar b’mod kordjali nsellem illum lill-komunità tagħkom; il-parroċċa li għandha l-unur li ġġib l-isem tas-Sinjura Tagħna ta’ Trastevere u li hawn, madwar it-tempju, tħabbat bil-ħajja multipla tal-bnedmin, tal-abitanti, tal-barranin, taċ-ċittadini ta’ din il-belt u tal-viżitaturi tagħha. Hija magħrufa l-parti li Trastevere kellha fil-ħajja ta’ Ruma antika u ta’ dik medjevali.
L-antikità ta’ din iż-żona hija mixhuda wkoll mill-bini u mill-karatteristiċi tat-toroq dojoq,
F’dan il-kwartier, wara ż-żwieġ, għammret għal żmien twil, qabel ma waqqfet l-oblati tal-kongregazzjoni benedittina ta’ Monte Oliveto, Santa Francesca Romana, imwielda fl-1384 u mietet fl-1440. Hija ttrasformat r-residenza trasteverina għanja tagħha f’ospizju għal dawk fil-bżonn u fi sptar għall-morda; kienet tmur tittallab, minn dar għal oħra, għall-fqar għal għonq it-toroq ta’ Trastevere, hi li kienet relatata mal-familja nobbli tal-Ponziani. Il-parroċċa ta’ Santa Maria in Trastevere hija mkabbra li tistà tinkludi lil din il-qaddisa kbira fil-komunità troika tagħha; hija mkabbra li tistà ssejjaħ lil Santa Francesca Romana “parruċċana tagħha”.
Il-vista pastorali kienet iffissata għad-9 ta’ Marzu, il-jum tat-tifkira liturġika tal-qaddisa, sfortunatament, bħal ma tafu, dakinhar ma stajtx niġi hawn. Inġeddilkom l-iskużi tiegħi: Imma hawn jien fl-aħħar magħkom!
Nixtieq noffri t-tislima ta’ mħabba u fraterna tiegħi lit-“Trasteverini” kollha, lill-artiġjani – ħaddiema tar-ram, tal-ġild, dawk li jaħdmu l-ħġieġ, lill-mastrudaxxi, lill-pitturi -, lill-artisti, lill-professjonisti, li jiffurmaw il-familja varja u simpatika ta’ Trastevere; lis-6000 parruċċan kollha u lill-1750 familja tagħhom!
Tislima fraterna lill-kappillan, iż-żelanti Monsinjur Teocle Bianchi, li għal tletin sena ilu jagħti b’mod indefatigabbli lilu nnifsu kollu għall-ġid ta’ ruħkom! Lill-viċi kappillan, Dun Karlu Monacchi, lill-membri tal-kapitlu tal-Bażilika, lis-saċerdoti li, mħeġġa minn spirtu awtentiku ta’ servizz, jagħtu l-kontribut tagħhom għad-diversi inizjattivi pastorali.
Tislima lill-komunitajiet reliġjużi maskili, li jgħixu fil-qasam tal-parroċċa; il-minuri osservanti Franġiskani, il-patrijiet barnabiti, is-servi ta’ Marija, il-patrijiet maroniti u l-klaretjani; kif ukoll nestendi t-tislima tiegħi lill-komunitajiet reliġjużu numerużi femminili: is-sorijiet tal-Immakulata Konċezzjoni ta’ Ivrea, it-terzjarji Franġiskani alkantarini,is-sorijiet ta’ Sidtna ta’ Sion, is-sorijiet Ingliżi ta’ Ġesù Bambin, is-sorijiet tal-irtir tal-Qalb Imqaddsa, is-sorijiet tal-Providenza Divina. Insellem ukoll lill-konfraternitajiet u l-arċikonfraternitajiet numerużi u li tant ta’ min ifaħħarhom.
Tislima kordjali lill-missirijiet u lill-ommijiet tal-familja, li jfittxu li jgħixu b’mod nisrani ħajjithom ta’ kuljum, mimlija problem u nkwiet; lill-anzjani, lill-morda, lill-foqra tal-parroċċa, li jinħtieġu il-fehim fratern tagħna u tal-karità tagħna attiva.Tislima għal kollox speċjali tmur għaż-żgħażagħ, għat-tfal u għat-trabi, tama tal-parroċċa. Lilhom nixtieq nesprimi f’din l-okkażjoni l-inkoraġġiment u t-tama tiegħi li jkunu jafu jħarsu lejn il-futur, waqt li jħejju ruħhom għalih b’impenn u serenità, biex ikunu nsara eżemplari u ċittadini onesti.
Waqt li qed nitkellem hawn, f’dawn il-postijiet li laqgħu, sa mill bidu tal-kristjaneżmu, lill-ewwel Appostli u wara lil tant viżitaturi u Pellegrini, irrid infakkar aspett, li jmiss b’mod partikolari l-qalb tal-Isqof ta’ Ruma, Papa tal-Knisja universali. Dan huwa l-funzjoni internazzjonali tal-Knisja, imwettqa propju hawn f’Ruma, minn tant persuni, membri tal-organiżmi tal-kurja jew inkarigati għas-servizz tal-organizzazzjonijiet kattoliċi multipli internazzjonali, li hawn għandhom is-sede jew is-segretarjat tagħhom: saċerdoti, lajċi, reliġjużi rġiel u reliġjużi nisa. Lil dawn il-persuni, fil-qalba tas-servizz apostoliku tal-Knisja, fid-dimensjoni tagħha universali, it-tislima rikonoxxenti tiegħi.
3. Il-liturġija ta’ dan il-Ħadd hija mimlija bil-ferħ paskwali, li s-sors tiegħu huwa l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. Aħna lkoll nifirħu li aħna “l-poplu tiegħu u l-merħla tal-mergħa tiegħu”. Nifirħu u nxandru “l-opri kbar ta’ Alla” (At 2,11).
“Agħrfu li l-Mulej huwa Alla: / huwa għamilna u aħna tiegħu, / il-poplu tiegħu u l-merħla tal-mergħa tiegħu” (Sal 99 [100],3).
Il-Knisja kollha tifraħ illum għaliex Kristu rxoxt huwa r-ragħaj : ir-ragħaj it-tajjeb. F’dan il-ferħ tipparteċipa kull parti ta’ din il-merħla l-kbira tal-irxoxt, kull grad tal-Poplu ta’ Alla, fuq l-art kollha. Ukoll il-parroċċa Rumana fi Trastevere, li jiena ffortunat li llum qiegħed inżur bħala l-Isqof tagħha, tistà tirrepeti dan il-kliem tas-salm, li jidwi fil-liturġija ta’ dan il-Ħadd tal-Għid:
“Idħlu bibiena b’innijiet ta’ grazzja, / l-altari tagħha b’innijiet ta’ tifħir,…/ għaliex twajjeb huwa l-Mulej,…/ il-fedeltà tiegħu għal kull ġenerazzjoni” (Sal 99 [100],4ss).
4. Aħna tiegħu.
Il-Knisja, diversi drabi, tiżviluppa quddiem l-għajnejn ta’ ruħna l-verità dwar ir-ragħaj it-tajjeb.
Ukoll illum nisimgħu l-kliem, li Kristu ippronunzja dwaru stess: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb… Jien nagħraf in-nagħaġ tiegħi u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili” (“Cantus Alleluiaticus”).
Kristu msallab u rxuxtat għaraf, b’mod speċjali, lil kull wieħed u waħda minna u jaf lil kull wieħed u waħda.
Dan mhuwiex biss għarfien “estern”, huwa wkoll b’reqqa kbira, li tippermetti li tiddeskrivi u tidentifika oġġett speċifiku.
Kristu, ragħaj tajjeb, jagħraf lil kull wieħed u waħda minna, b’mod differenti. Fil-Vanġelu tallum jgħid għal dan il-għan dan il-kliem mhux tas-soltu (is-silta hija qasira, nistgħu nirripetuha kollha): “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni u jiena nafħom u huma jsegwuni. Jien nagħtihom il-ħajja eterna u qatt ma jintilfu u ħadd ma jaħtafhomli minn idejja. Missieri, li tahomli, huwa ikbar minn kulħadd, ħadd ma jistà jaħtafhom minn id Missieri. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda” (Ġw 10,27-30).
Ejjew inħarsu lejn il-Kalvarju li fuqu ġie mgħolli s-salib. Fuq dak is-salib miet Kristu, u wara ġie midfun fil-qabar.
Ejjew inħarsu lejn is-salib, li fuqu ġie mwettaq il-misteru tal-“legat” divin u tal-“wirt” divin. Alla, li kien ħalaq il-bniedem, irritorna dak il-bniedem, wara dnubu – kull bniedem u l-bnedmin kollha – b’mod partikolari lil Ibnu. Meta l-Iben telà fuq is-salib, meta fuq dak is-salib offra s-sagrifiċċju tiegħu, huwa fl-istess ħin aċċetta l-bniedem afdat lilu minn Alla, Ħallieq u Missier. Huwa aċċetta u ħaddan, bis-sagrifiċċju tiegħu u b’imħabbtu, lill-bniedem: kull bniedem u l-bnedmin kollha. Fl-unità tad-divinità, fl-unjoni ma’ Missieru, dan l-Iben sar huwa nnifsu bniedem – hawn hu, issa, fuq is-salib, sar “il-Għid tagħna” (1Kor 5,7) – irritorna lil kull wieħed u waħda u lilna lkoll lillMissier bħala dak li ħalaqna xbiha u xebħ tiegħu u li, b’xebħ u xbiha ta’ propju dak l-Iben etern, ippredestinana “biex inkunu wliedu addottivi bl-opra ta’ Ġesù Kristu” (Ef 1,5).
U għal din l-adozzjoni permezz tal-grazzja, għal dan il-wirt tal-ħajja divina, għal dan id-depożitu tal-ħajja eterna, issielet sal-aħħar, Kristu “l-Għid tagħna”, fil-misteru tal-passjoni tiegħu, tas-sagrifiċċju tiegħu u tal-mewt tiegħu. Il-qawmien mill-imwiet sar il-konferma tar-rebħa tiegħu tar-ragħaj it-tajjeb li jgħid: “Huma jsegwuni, Jien nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem u qatt ma jintilfuli u ħadd ma jaħtafhomli minn idejja”.
5.Aħna tiegħu.
Il-Knisja trid li, tul dan iż-żmien paskwali, nħarsu lejn is-salib u l-qawmien mill-imwiet u li nkejlu l-ħajja umana tagħna bil-metru ta’ dak il-misteru, li twettaq f’dak is-salib u f’dak il-qawmien mill-imwiet.
Kristu huwa r-ragħaj it-tajjeb għaliex jaf lill-bniedem: kull wieħed u kollha. Jafu b’dan l-għarfien paskwali uniku. Jafna għaliex fdiena. Jafna, għaliex “ħallas għalina”: ġejna mifdija bi prezz kbir.
Jafna bl-għarfien u bix-xjenza l-iktar “interna”, bl-istess għarfien li bih hu, Iben, jaf u jħaddan lill-Missier u, fil-Missier, iħaddan il-verità nfinita u l-imħabba, huwa jagħmel minna mill-ġdid, fih innifsu, l-ulied tal-etern Missier; jikseb, darba għal dejjem, is-salvazzjoni tal-bniedem: ta’ kull bniedem u ta’ kulħadd, ta’ dawk li ħadd ma jaħtaflu minn idejh… Min, infatti, jistà jaħtafhomlu?
Min jistà jġib fix-xejn l-opra ta’ Alla nnifsu, li l-Iben wettaq f’għaqda mal-Missier? Min jistà jibdel il-fatt li aħna mifdija? Fatt hekk qawwi u hekk fundamentali bħall-istess ħolqien?
Minkejja l-instabbiltà kollha tad-destin uman u d-dgħufija tar-rieda u tal-qalb umana, il-Knisja tordnalna llum biex inħarsu lejn il-qawwa, il-forza irriversibbli tar-redenzjoni, li tgħix fil-qalb u fl-idejn u fir-riġlejn tar-ragħaj it-tajjeb.
Ta’ dak li jafna…
Sirna mill-ġdid il-propjetà tal-Missier bl-opra ta’ din l-imħabba, li ma nġibditx lura quddiem il-mistħija tas-salib, biex tkun tistà tassikura lill-bnedmin kollha: “Ħadd ma jaħtafkom minn idejja” (cf. Ġw 10,28).
Il-Knisja tħabbrilna llum iċ-ċertezza paskwali tar-redenzjoni. Iċ-ċertezza tas-salvazzjoni.
U kull nisrani huwa msejjaħ għas-sehem f’din iċ-ċertezza: jiena tassew mixtri bi prezz kbir! Jiena tassew imħaddan mill-imħabba, li hija aqwa mill-mewt, u aqwa mid-dnub. Naf lir-redentur tiegħi. Naf lir-ragħaj it-tajjeb tad-destin tiegħi u tal-pellegrinaġġ tiegħi.
6. B’tali ċertezza tal-fidi, ċertezza tar-redenzjoni rivelata fil-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu, telqu l-Appostli, bħal ma jixhduh , fost l-oħrajn, fl-ewwel qari tallum, meħud mill-“Atti tal-Appostli”, Pawlu u Barnaba fit-triq tal-ewwel vjaġġ tagħhom fl-Asja Minuri. Huma jduru lejn dawk li jipprofessaw il-patt il-qadim, u meta ma jkunux milqugħa, iduru lejn il-pagani, iduru lejn il-bnedmin il-ġodda u lejn il-popli l-ġodda.
F’tali esperjenzi u f’tali sforzi jibda jagħti l-frott il-Vanġelu. Jibda jikber il-Poplu ta’ Alla tal-patt il-ġdid.
Għal għonq kemm pajjiżi, popli u kontinenti għaddew dawn il-vjaġġi apostoliċi sal-ġurnata tallum?
Kemm bnedmin wieġbu bil-ferħ għall-messaġġ paskwali? Kemm bnedmin aċċettaw iċ-ċertezza paskwali tar-redenzjoni? Lil kemm bnedmin u popli wasal u għadu jasal dejjem ir-ragħaj it-tajjeb?
Fi tmiem din il-moissjoni grandjuża dan huwa dak li l-Appostlu Ġwanni jara fl-Apokalissi tiegħu:
“Jiena Ġwanni… rajt kotra mmensa li ħadd ma setà jgħodd, ta’ kull ġens, razza, poplu u lsien. Kollha kienu weqfin quddiem it-tronn u quddiem il-Ħaruf, lebsin ilbies abjad, u kienu jġorru l-palm f’idejhom… U wieħed mix-xjuħ…qal… Dawn huma dawk li ġejjin mit-taħbit il-kbir u l-ilbiesi tagħhom ħasluhom u bajduhom fid-demm tal-Ħaruf” (Ap 7,9-14).
Hekk mela aħna wkoll hawn miġbura flimkien mal-Isqof ta’ Ruma, suċċessur ta’ Pietru, f’din il-parroċċa Rumana ta’ Trastevere, nistqarru l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu, inġeddu ċ-ċertezza paskwali tar-redenzjoni, inġeddu l-ferħ paskwali, li jfawwar mill-fatt li aħna “il-poplu tiegħu u l-merħla tal-mergħa tiegħu” (Sal 99[100],3).
Jalla jkollna dejjem lir-Ragħaj it-Tajjeb!
Ejjew nipperseveraw qrib tiegħu!
Lil Ommu, li hija s-Sinjura ta’ Trastevere, ejjew inkantaw:
“Regina coeli, laetare!”.