Illum il-Knisja tfakkar lil San Kosma u San Damjan


Fis-26 ta’ Settembru l-Knisja tfakkar lil San Kosma u San Damjan, Martri li ħadu l-martirju fis-sena 303.

M’hemm xejn li nafu b’ċertezza dwar dawn iż-żewġ qaddisin ħlief li mietu martri fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu.

Skont tradizzjoni, San Kosma u San Damjan kienu tewmin mill-Għarabija, iżda marru jgħixu f’Egea, Ċiliċja.

It-tnejn kienu tobba, u ħadu din il-professjoni tagħhom bħala vokazzjoni u ma kinux jaċċettaw flus għas-servizzi li kienu jagħtu lin-nies.

Fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu kontra l-Insara, dawn iż-żewġ tobba kienu minn tal-ewwel arrestati minn Lisjas, Gvernatur ta’ Ċiċilja. Ittorturati u maqtulin bil-qtugħ ta’ ras, f’madwar is-sena 303.

L-Insara ħadu l-iġsma tagħhom u difnuhom f’Ciro, is-Sirja. Isimhom tniżżel fil-Kanone tal-Quddiesa, (Talba Ewkaristika I) probabbilment fis-sitt seklu, mill-Papa San Simmaku. Fis-sitt seklu wkoll l-Imperatur Ġustinjan I, li ġie mfejjaq minn marda permezz tal-interċessjoni ta’ dawn il-qaddisin, reġa’ bena l-belt ta’ Cyrrhus, fejn jingħad li seħħ il-martirju tagħhom u bena żewġ knejjes ad unur tagħhom f’Kostantinopli.

Persuni morda kienu jorqdu f’dawn il-postijiet matul il-lejl biex jitolbu għall-fejqan tagħhom lil dawn iż-żewġ tobba qaddisa “Il-folla kollha tal-morda kienet tfieq,” qal wieħed mix-xhieda ta’ dak iż-żmien. “Ir-rikkezza ta’ dawn il-qaddisin ma tintemm qatt.” Fil-Punent, San Benedittu huwa maħsub li kien l-ewwel persuna li ddedika l-ewwel monasteru tiegħu f’Subiaco għalihom, dak li llum hu magħruf bħala ta’ Santa Skolastika.

Disa’ sekli wara, Franġisku t’Assisi (Ottubru 4) reġa’ bena l-knisja mġarrfa ddedikata lil  San Damjan ftit ‘il bogħod minn Assisi. San Kosma u San Damjan huma l-Patruni tat-tobba, tal-kirurgi u tal-ispiżjara.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.