Salesjan li kellu ubbidjenza lejn il-Knisja


Dun Nazzaren Camilleri SDB (1906 – 1973)

Dun Nazzaren Camilleri twieled is-Sliema fit-18 ta’ Novembru 1906 u tgħammed fl-20 ta’ Novembru, fil- parroċċa ta’ Stella Maris; minn Ġużeppi li kien jaħdem ta’ ‘Foreman’ mal–uffiċju tal-ilma u ommu Ġanna mwielda Muscat. Kienu joqogħdu fi Triq San Vincenz kantuniera ma’ Triq San Nikola is-Sliema. Tfulitu ħabtet ma’ l-istess żmien ta’ meta waslu s- Salesjani Malta, fis-sena 1903 u mexxew l-iskola tagħhom ta’ San Patrizju bit-tħabrik tas–Sur Alfons Marija Galea, li fis- sena 1908 bena l- Juventus Domus u fis–sena 1910 żied ukoll l-oratorju Salesjan għall- klassijiet tad-Duttrina is-Sliema stess. Fis-sena 1920 twaqqaf l-istitut Sant Alfons u nfetħet ukoll skola biex jitrawmu l–vokazzjonijiet. F’dik is-sena kien hemm l-ewwel student intern Dun Ġwann De Giorgio filwaqt li Nazzarenu daħal ma’ studenti oħrajn meta kellu biss 14-il sena.

Kien tifel tajjeb u intelligenti u ta’ eżempju meta kien jagħmilha ta’ abbati fil –parroċċa ta’ Stella Maris skont xhieda ta’ Maurice Busietta. Kien iħobb l- festa tas- salvatur ta’ Ħal Lija għax il- ġenituri kienu joqogħdu hemmhekk u kien iħobb ukoll joqgħod għand iz- zijiet.

Fl- Istitut ta’ Sant Alfons għamel l-eżami u għadda għall- apprendista fit- tarzna. Madankollu ħabta u sabta nibtet fih il – vokazzjoni biex ikompli bl –istudju. Fl- Istitut Sant Alfons għall sena waħda is- Salesjani sħabu Dun Ġwann De Giorgio u Dun Anton Farrugia jiftakkru fit – tifkiriet sbieh tas- superjuri dak iż- żmien bħal Don Orso li miet fit- terremot ta’ Messina tas- sena 1908, Don Allagra li dejjem kien iqassam il – ħelu lit – tfal, Don Virzi u Don Bononcini. Żaren intlaqat min dik il- ħajja ferrieħa bl- attivitajiet ta’ ħarġiet u l- palk li kien fl –aqwa żmien tiegħu. Nażżarenu kien ikun diġa jaf il- lezzjoni qabel ma’ l- għalliema kienu jagħtuha. Dun Bononcini kien jiehu lill- Żaren kull ġimgħa l- Belt biex jikri il- film taċ- Ċine.

Fl- aħħar tas- sena skolastika (1920-1921) Don Pietro Stella ħa miegħu liż- żgħażugħ Nazzarenu biex isir aspirant fl- Istitut ta’ San Gregorio f’Katanja fejn baqa għal – ħames snin min 1921 sas – sena 1926. Fil- bidu għamel it- tielet sena sekondarja msejħa ‘Ginnasio’, in – novizzjat għamlu fis- sena 1922 u 1923 u fl- aħħar il- professjoni sempliċi fl- 14 ta’ Ottubru 1923. Dun Nazzaren għamel proponiment mal – Madonna li dejjem isejħilha Ommu u li qalbna trid tkun dejjem maqgħuda m’Alla saħansitra waqt id- divertiment fil- logħob mat- tfal tal- Oratorju.

Il- kitbiet tiegħu fid- djarju personali tiegħu juru l- ħeġġa li kellu lejn Ġesu u Marija u xtaq ukoll li jsir Missjunarju għalkhemm ma kellu l-ebda ġibda għal dak ix- xogħol. Wara sena prattika, il- Provinċjal bagħtu jistudja il- Filosofija fl- Universita Gregorjana bejn is- sena 1926 u 1929. L- istudenti kienu jistudjaw f’sular wieħed bla ebda kumdita.

Kien jaħdem fl- Oratorju ta’ Frascati – Capocroce. Kien jibrilla l- aktar fis- suġġetti astratti tal- Filosofija u t- Tejoloġija. Kien jidħol fid- dettal fil- ftit kotba li kien jaqra. Ippreżenta mitt Teżi tal- Filosofija u idefenda t- Teżi tiegħu quddiem bord ta’ Professuri u eżaminaturi li għamlulu bosta mistoqsijiet tqal. Madanakollu kiseb l- għola marka summa cum laude; fil- Gregorjana bena l- formazzjoni ta’ ħajtu fil- Metafisika ‘l hinn min dak li jidher fl- ordni tan – natura’. Għamel il- voti perpetwi fil- 15 ta’ Settembru 1929. Għal sena kien jgħallem il – Filosofija lis- studenti f’San Gregorio f’ Katanja. Xi studenti bdew jilmentaw li ma jifhmux u sofra l- umiljazjoni għax daħal student ieħor li ġie warajh fl- eżami biex ikompli t- tagħlim minfloku. Beda jgħallem il- Latin. L- intelligenza li kellu saret għalih disgrazzja li waslitu sal- qabar.

F’Settembru 1931 beda it- Tejoloġija. Fit-tielet sena, Dun Nażżaren ġie ordnat saċerdot fit- 30 ta’ Settembru 1934 fl-istess sena meta Don Bosco ġie ddkijarat qaddis fl- 1 ta’ April 1934. Kellu x – xorti li jkun fil – Vatikan meta l- Papa Piju XI iffirma d- digriet għal permess taċ- ċerimonja tal- kanonizzazjoni. Sar saċerdot f’Malta fit- 30 ta’ Settembru 1934, mill- Isqof Dom Mauro Caruana OSB fil- kappella tal- oratorju f’Tas – Sliema. Fis – 7 ta’ Ottubru qaddes l-ewwel quddiesa fil- parroċċa ta’ Stella Maris. Fl- aħħar hu rringrazzja lill- ġenituri tiegħu, lill- qraba u lis- Sur Alfons Marija Galea għal opra kbira tal – Istitut Alfonsan. Hu kien l- ewwel wieħed li sar saċerdot min hemm.

Wara l- eżami mar fil- Provinċja ta’ Sqallija, izda r – Rettur Maġġur Don Ricaldone bgħatu fid- dar ta’ San Caristo li beda jilqa l- istudenti mill- Italja t-isfel kollha, biex jibda jgħallimhom u ħatru ukoll bħalha kunsillier jew prefett tal- istudji. Kien għalliem, Headmaster u student fl –istess hin, bejn l- 1935u l- 1937 fejn kompla ukoll bit- tħejjija għad dottorat bit- Teżi tal – lawrja. Kellu jagħmel bosta tiftix biex jifformula it- Teżi għall- quddiem il- bord tal- eżaminaturi biex ikun ippreperat biex jiddefendija.

Kien bniedem ta’ dixxiplina mal- kjerici u sab diffikulta biex irawwem l-istudenti li stmerrew is- serjeta tiegħu. Fis – sena 1936 Don Ricaldone talab lil- Papa Piju XI biex jagħraf lill- istudentat ta’ Turin li jagħti l- Lawrji (Tejoloġiċi) u għalkhemm saba bit- tqila fl- aħħar ta l- kunsens billi rrefera il- kwistjoni f’idejn is- seminarji u l- istudji Ekklesjastiċi.

Fil- bidu tas-sena Skolastika 1936-37 l- Istitut Don Bosco ta’ Turin beda jissejjaħ “Species Facultatis” li l-ewwel direttur tiegħu kien Don Ġennaro. Ħadem fuq it- Teżi tiegħu tad- dottorat biex jitkixxef kif qalb il- bniedem hekk dgħajfa tista tingħaqad m’Alla fis- sema. Il- ħsieb ta’ ħajtu issawwar biss fuq il- vizzjoni Beatifika. Patri Filograssi Ġiżwita mexxieh fit- Teżi tiegħu iżda biex jevita l- istrapazz li kull darba joqgħod jivjaġġa bejn Turin u Ruma, is- Superjuri tiegħu bgħatuh f’Ruma. Wara li temm it-Teżi tah lill- bord tal- eżaminaturi li damu sitt xhur jistħarġuwha u wara li fil – 15 ta’ Ġunju 1940 ddefenda it- Teżi, fit- 18 ta’ Ġunju irċieva r- riżultat summa cum laude.

Peress li Dun Żaren kellu Passaport Ingliz il- Gvern Taljan internah. Wara l- gwerra s- superjuri reġgħu daħlu l-istudenti f’Turin u Dun Nazzaren sar Professur tad – Domma u l- Liturġija u Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università Pontifiċja Salesjana. Fis- sena 1945 – 1946 għamel id- diskors tal- ftuh tas- sena akkademika fuq is- suġġett favorit tiegħu dwar il- vizzjoni beatifika u baqa jgħallem sas sena 1954 it- teoloġija Dommatika u l-Axxetika. L- istudenti bosta drabi ħabtuh u kiddewh. Għalkhemm kien iebes mall- istudenti kien jaf juri ukoll l- ħniena għax- kellu qalb kbira. Fis- sena 1954 ma baqax id- dekan għax beda jgħallem fl- Istitut tas- sorijiet Awsiljatriċi ta’ Ulied Marija.     

Bejn is- snin 1965 u 1973 twaqqfet l – Universita Salesjana f’Ruma u kellu iħalli x- xogħol f’Turin biex imur ma’ l-ewwel studenti. Kidditu ukoll il- bidla fl- ewwel snin ta’ wara l- Konċilju Vatikan II għax il- knisja bdiet ċċedi ċerti prinċipji u f’Ruma nibtet mentalita u formazzjoni differenti. Innota tibdil fil- formazzjoni u fix – xogħol akkademiku madankoll kellu ubidjenza kbira lejn il- knisja. F’Mejju 1966 Dun Nazzaren kellu attakk tal- qalb. Hu miet fl – 1 ta’ Marzu 1973 u fit 2 ta’ Marzu għamel il- funeral tiegħu Don Luigi Ricceri ir- Rettur Maġġur. Hu midfun fiċ- ċimiterju ta’ Ġenzano qrib Ruma.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm