Ġiet ippublikata l-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti

Print Friendly, PDF & Email

Fis-60 anniversajt mit-twaqqif tal-Għaqda Biblika Maltija, illum il-Knisja f’Malta u Għawdex għandha edizzjoni ġdida u riveduta tal-Bibbja bil-Malti. Dan tħabbar il-bieraħ mis-sit elettroniku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-ewwel traduzzjoni uffiċjali tal-Bibbja bil-Malti kienet ipubblikata fl-1984, bit-tieni edizzjoni toħroġ tnax-il sena wara.  Iż-żewġ edizzjonijiet konsekutizzi raw id-dawl fl-2004 u fl-2011 rispettivament.

Fid-daħla għall-ħames edizzjoni naqraw li l-Kummissjoni Biblika Permanenti, li kienet twaqqfet mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-2002, normalment timxi fuq il-prinċipju li jekk test ma jkunx ippruvat li hu żbaljat fit-traduzzjoni jew inkella għandu jiġi rivedut b’mod qawwi, allura t-test jitħalla kif ikun u ma ssirlux revizjoni.

L-ewwel kummenti li rċevejna dwar din il-pubblikazzjoni kien favorevoli għaliex kif qaluna, sa fl-aħħar il-poplu Malti jista’ jerġa jsib il-Bibbja bil-Malti mill-ħwienet tal-kotba lokali.

Infakkru li l-Bibbja online ilha accessibli minn fuq il-Laikos għal dawn l-aħħar ħdax-il sena … https://www.laikos.org/bibbja.htm

Fil-Laikos tista’ ssib ukoll sensiela ta’ programmi awdjo li fihom l-Biblista Dun Pawl Sciberras jitkellem fost ħwejjeġ oħra dwar l-istorja tal-Bibbja f’Malta … https://www.laikos.org/aod_dv_page.htm

Hemm ukoll paġna b’għadd ġmielu ta’ riżorsi dwar il-Kotna Mqaddsa … https://www.laikos.org/BB20/bib20_taghrif.htm

%d