“55 miljun ruħ fid-dinja f’riskju kbir ta’ ġuħ minħabba l-kunflitti, diżugwaljanza u l-pandemiji”.
Dan qalitu l-aġenzija internazzjonal Oxfam, li taħdem bla waqfien biex tiġġieled biex jintemm il-faqar fid-dinja. Oxfam stqarret li dawn il-55 miljun ruħ ġejjin minn 7 pajjiżi fid-dinja, li huma l-Yemen, Niġerja, Burkina Faso, Sudan t’isfel, Afganistan u Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Oxfam stqarret: “li filwaqt il-fortuna ta’ xi wħud sinjuri fid-dinja qed ikomplu jistanew, jinsew li l-‘virus tal-ġuħ’ qed jolqot popli kbar ta’ pajjiżi fqar fid-dinja”. Lejliet il-ġurnata mondjali tal-ikel, l-Oxfam iddeċidiet li tagħmel appell urġenti lill-komunità internazzjonali biex dawn il-pajjiżi jingħataw il-fondi kollha tal-pjan allokat mill-Ġnus Magħquda u li din qed tagħti fil-ġlieda kontra l-Covid-19. B’dan il-mod tkun tista’ tagħmilha possibli li organizazzjonijiet umanitarji jkunu jistgħu jkomplu jagħtu l-għajnuna f’dawn il-pajjiżi.
Fil-Yemen, hemm madwar 7 miljun ruħ li qed jiddependu mill-għajnuna umanitarja biex ikunu jistgħu jgħixu, u żewġ miljun ruħ fin-naħa t’isfel tal-pajjiż jinsabu litteralment fl-estrem. Fin-naħa ta’ fuq ta’ Niġerja, kważi 8 miljun ruħ huma milquta minħabba snin twal ta’ vjolenza. F’Burkina Faso u Somalja hemm 7 miljun ruħ, li m’għandhomx ikel biżżejjed u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, hemm 21 miljun ruħ oħra milqutin minn maltrazzjoni gravi.
“Il-Premju Nobel li ngħata ftit tal-ġranet ilu lil Programm Dinji tal-ikel kien alarm: Il-Covid ħoloq katastrofi ekonomika fil-partijiet foqra tad-dinja, u l-ġuħ jista’ jwassal għal iktar vittmi ta’ mwiet mill-istess virus”.
Oxfam qalet li s’issa nġabru biss terz tal-għajnuna neċessarja bħala risposta globali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Il-pajjiżi sinjuri allokaw biss 28% minn dak li ġie mitlub minnhom mill-Ġnus Magħquda.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: