“Id-dmugħ mhuwiex universali, imma hu dmugħ tiegħi”. Kulħadd għandu tiegħu.
Fl-Udjenza Ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2020 l-Papa Franġisku , jirrifletti fuq ix-xhieda tat-talb kif jinstab fil-Ktieb tas-Salmi. Hu jsejjaħ dan il-ktieb tal-Antik Testament bħala “l-post tat-taħriġ u d-dar ta’ għadd bla tarf ta’ tallaba”.
Bħala parti mill-kotba tal-Għerf, is-Salmi jikkomunikaw mal-bniedem li jemmen u jkun jaf kif għandu jitlob. “Fis-Salmi nsibu kull sentiment uman: il-ferħ, l-uġigħ, id-dubji, t-tammiet, in-niket li jlewnu lil ħajjitna”, qal il-Papa. Alla, ispira l-lingwa tat-talb fil-kotba, ħalli dawk li jaqrawhom jitgħallmu kif ifaħħruħ, jirringrazzjawh, u jitolbuh.
Il-Papa Franġisku kompla jurina kif is-Salmista jikkonfronta kwistjonijiet ta’ sofferenzji, u jgħid li hija parti mill-ħajja ‘mma li jibdilhom f’mistoqsija. “Sa meta Mulej? Kemm se ndum?” hu qal, id-domanda tibqa’ mhux imwieġba, tibqa mdendla. “Kull tbattija tfittex il-ħelsien, kull demgħa tfittex il-faraġ, kull ġerħa tfittex l-fejqan, kull kalunja tfittex sentenza ta’ maħfra”. Is-Salmi, jgħid il-Qdusija tiegħu, jfakkruna li l-ħajja mhiex salva sakemm it-tbatija ma tiġiex imfejqa.
Il-persuna li titlob taf li huma prezjużi f’għajnejn Alla, u għalhekk inħossuna mqanqla biex nitolbu. Is-Salmi juruna li meta ngħajtu lil Alla fit-talb “hu it-triq u l-bidu tas-salvazzjoni”. Il-Papa Franġisku jgħid li “t-tbatijiet tal-bniemem għal Alla huma ħaġa qaddisa”.“Quddiem Alla, aħna m’aħniex barranin, jew sempliċi numri. Aħna wċuħ u qlub, li jafna wieħed wieħed u waħda u waħda, b’isimna”.
Għalhekk, il-Papa Franġisku qal, li l-bniedem li jemmen, fis-Salmi jsib it-tweġiba għat-tbatija. “Huwa jaf li, mqar il-bibien kollha tal-bnedmin huma mbarrati, l-bieb ta’ Alla hu miftuħ. Imqar id-dinja kollha kellha taqtagħlu l-verdett ta’ kundanna, f’Alla hemm is-salvazzjoni”. Il-bniedem li jitlob jaf li l-problemi mhux dejjem se jissolvew, imma jekk inħossuna mismugħa, għal kollox nifilħu naqra iktar.
Il-Papa Franġisku jgħalaq billi jgħid li l-agħar ħaġa li tista’ tiġrilna hi li fit-tbatija nħossuna abbandunati. T-talb isalvana minn dan, għaliex it-talb jitla’ quddiem Alla li “jibki għal kull iben u bint li qed ibatu u li jmutu”. “Jekk nibqgħu f’relazzjoni miegħu”, kompla jgħid, “il-ħajja, ma tifrankalniex it-tbatija, imma tinfetaħ għal xefaq kbir ta’ tjieba u hekk nistgħu nimxu lejn il-milja tagħha.”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://laikos.org/papa_frangisku_udjenza_14102020.htm