L-Udjenzi tal-Papa ser jerġgħu jkun trasmessi b’mod virtwali


Il-Papa jħassar l-Udjenzi Ġenerali minħabba żieda ta’ każijiet tal-COVID fl-Italja

Hekk kif in-numru ta’ każijiet tal-koronavirus telgħin sew fl-Italja, u l-gvern qed iwettaq diversi miżuri biex irrażżan il-pandemija, l-Vatikan qed jieħu passi biex iwaqqaf it-tixrid, inkluż it-twaqqif mill-ġdid tal-avvenimenti papali pubbliċi kollha.  

Ilbieraħ, il-Vatikan ħabbar li xi ħadd li attenda l-Udjenza Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa li għaddew u li kien preżent fis-sala Pawlu VI, irriżulta pożittiv għall-COVID-19, għalhekk l-Udjenzi Ġenerali ser ikunu sospiżi u ser ikunu trasmessi mill-librerija tal-palazz appostoliku tal-Vatikan, kif kienu jsiru waqt l-lockdown ta’ tlett xhur fl-Italja fir-rebbiegħa.

S’issa għadu ma ntqal xejn rigward l-indirizz li l-Papa jagħmel mit-tieqa tal-palazz apostoliku tiegħu kull nhar ta’ Ħadd waqt it-talba tal-Anġelus, fejn dawk preżenti jkunu kapaċi jitferrxu aħjar f’pjazza San Pietru.

Nhar l-Erbgħa li għaddew, fl-Italja ġie reġistrat numru rekord ta’ każijiet pożittivi, fejn laħaq il-25,000 ruħ, u 205 tilfu ħajjithom bil-pandemija. Fost dawk l-infettati hemm il-Kardinal Gualtiero Bassetti, Arċisqof ta’ Perugia u president tal-Konferenza Episkopali Taljana. Nhar l-Erbgħa, l-Isqfijiet Taljani ħarġu stqarrija fejn tgħid li l-Kardinal Bassetti qed jiġi mmonitorjat kontinwament, u qed “jgħix dan il-mument b’fidi, kuraġġ u tama”.

Il-kanċellazzjoni tal-udjenzi ġenerali tal-Papa ġiet ukoll wara ġimgħat ta’ pressjoni fuq il-Papa Franġisku dwar id-deċiżjoni tiegħu li ma jilbisx il-maskra li tgħatti l-ħalq f’avvenimenti pubbliċi. F’okkażjonijiet deher juża l-hand sanitizer kif ukoll liebes il-maskra waqt li jkun riekeb fil-karrozza sakemm jasal għall-udjenza, imma jinżagħha mill-ewwel hekk kif kien joħroġ mill-vettura. Matul l-udjenza Ġenerali, l-Papa ma niżilx isfel biex isellem lill-pellegrini, dan għamlu sabiex jevita li l-folol milli jidħlu ġo xulxin, imma, deher jieħu b’idejn u jitkellem ma diversi saċerdoti u Isqfijiet, mingħajr il-maskra.

Nhar l-Erbgħa il-Vatikan avża li matul ix-xhur li ġejjin, il-liturġiji papali kollha ser jiġu ċċelebrati kollha privatament, b’numru limitat ta’ fidili preżenti, u se jkunu live streamed, li jippermettu lit-telespettaturi jsegwu permezz tat-televiżjoni jew tal-midja soċjali.

Rigward, l-avvenimenti papali fiż-żmien tal-Milied, li jinkludu l-Quddiesa tal-Vġili f’Lejliet il-Milied, il-Quddiesa tal-Milied filgħodu, l-indirizz tal-Angelus f’Nhar il-Milied, kif ukoll l-liturġija kollha marbutin ma dan iż-żmien għadu mhux ċert jekk hux ser isiru bħas-soltu jew privatament li jintwerrew bil-live streaming jiddependu ħafna mill-curve tal-koronavirus.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://cruxnow.com/vatican/2020/10/pope-cancels-general-audiences-as-covid-cases-rise-in-italy/