Afghanistan: Minn Jannar sa issa, iktar minn 1800 tifel u tifla ġew maqtula jew feruti
“S’issa fl-2020, il-gwerra fl-Afganistan ġa qatlet mill-inqas 553 tifel u tifla. Il-fuq minn 1,295 minuri ndarbu u ħafna minnhom għandhom feriti li ser ikollhom il-marki għall-ħajjithom kollha. Hi xi ħaġa pożitiva li din is-sena jidher li hemm tnaqqis fl-imwiet, iżda l-Afghanistan għadu wieħed mill-agħar postijiet fid-dinja biex bħala tifel tgħix fih”. Hekk stqarr Chris Nyamandi, direttur ta’ ‘Save the Children’ fl-Afghanistan.
Nhar is-Sibt li għadda kien hemm attakk ieħor barra ċ-ċentru ta’ edukazzjoni f’Kabul, li qatel mill-inqas 24 persuna u darab għexieren. Il-Missjoni ta’ assistenza tal-Ġnus Magħquda fl-Afghanistan iddokumentat li mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2020, kien hemm 5,939 vittma ċivili, li minnhom 1,848 (553 inqatlu u 1,295 midruba) kienu tfal, kważi terz tal-vittmi kollha. Din is-sena n-numru totali ta’ diżgrazzji ċivili mmarka tnaqqis ta’ 30% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet u hija għal ewwel darba f’ħames snin li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena ġew irreġistrati inqas minn elfejn tifel u tifla li spiċċaw vittmi tal-vjolenza.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/27/afghanistan-save-the-children-da-gennaio-uccisi-o-feriti-oltre-1800-minori/