Ktieb tassew ħelu li hawn jiċċirkola fostna bħalissa jismu Ir-Rużarju Mqaddes, miktub minn George Zammit.
Kulħadd jaf x’qawwa għandu r-Rużarju! U kemm ix-xitan letteralment jitwerwer minn din it-talba daqshekk setgħana fuqu! Kif jgħid Zammit stess fid-daħla għal dan il-ktieb: “Il-ħsieb ewlieni li għalih qed jiġi stampat dan il-ktejjeb dwar il-misteri tar-Rużarju Mqaddes hu biex kull familja, komunità, għaqda, jew moviment jerġgħu lura biex jitolbu flimkien din il-grazzja kbira li twettaq mirakli kbar”.
Patri Piju kien iħobb jgħid li qala’ ħafna grazzji kbar għan-nies li talbuh biex jitlob għalihom proprju bir-Rużarju! Hawn hu l-ktieb li jgħinna nħobbu, nitolbu u nippromovu r-Rużarju Mqaddes! Dan il-ktieb qed jingħata b’kontribuzzjoni ta’ Euro (€1) biss. Il-flus li jinġabru minnu qed imorru għall-ħlas tal-istudji neċessarji biex ikun jista’ isir qassis, vokazzjoni ġdida tal-Ordni tal-Kapuċċini fil-missjoni tal-Kenja. Grazzi ħafna tal-offerta ċkejkna iżda tant kbira u meħtieġa li ħa tagħti ma’ dan il-ktieb.
Jinbiegħ mill-Uffiċċju Missjoni Kapuċċini, il-Kunvent tal-Patrijiet Kapuċċini Floriana. Tista’ iċċempel fuq 21234949 jew 21225525 u staqsi għal Patri Philip Cutajar OFM Cap.
Patri Mario Attard OFM Cap