QUDDIESA GĦALL-ISTUDENTI TAL-KULLEĠĠ CAPRANICA
OMELIJA TA’ĠWANNI PAWLU II
Is-Sibt, 19 ta’ Jannar 1985
Għeżież Superjuri u studenti tal-kulleġġ Capranica!
1. Jiena kuntent ħafna li dalgħodu qiegħed noffri għalikom u magħkom is-sagrifiċċju qaddis tal-quddiesa qrib it-tifkira ta’ Sant’Anjese, patruna ċelesti tagħkom, li se niffesteġġjaw fil-jum liturġiku ddedikat lilha.
Nestendi lil kull wieħed minnkom it-tislima l-iktar ta’ mħabba, waqt li nawgralkom minn qalbi paċi u serenità għas-sena l-ġdida ta’ studju, fil-ħbiberija fraterna u fl-impenn serju tal-formazzjoni saċerdotali tagħkom, għall-ġid tal-Knisja u tad-dijoċesi li minnha ġejjin.
2. Din il-laqgħa tagħna madwar l-altar al-Mulej, waqt li nimmeditaw l-eżempju tad-dedikazzjoni erojka għall-fidi nisranija ta’ Sant’Anjese, fil-verġinità u fil-martirju, tagħtina l-opprtunità li nirriflettu fil-qosor dwar il-mottivi fundamentali tal-konsagrazzjoni saċerdotali tagħna.
Għeżież saċerdoti u għeżież ministri tal-kleru, il-komunità tal-bnedmin qiegħda tistenniekom! U kif inhi l-komunità tal-bnedmin tallum, fi tmiem dan is-seklu XX? Issa huwa faċli biżżejjed, huwa kważi ovvju, li nagħmlu dijanjożi ta’ żminijietna; id-diffiċli jinsab fit-terapija. Bdanakollu nistgħu ngħidu li hija komunità kumplessa u ambigwa: li skopriet b’mod altament pożittiv il-valuri u d-drittijiet tal-persuna umana, u li, fl-istess ħin, billi tittraskura d-direttivi morali traxxendenti u għalhekk oġġettivi u universali, f’bosta każijiet u f’sitwazzjonijiet multipli ġġib ruħha kontra l-bniedem. Hija komunità meraviljuża għall-komkwisti tagħha u bdanakollu drammatika, għaliex, billi m’għandhiex iktar ċar u sikur is-sinifikat tal-eżistenza singulari u tal-istorja umana, tgħix fil-kontradizzjoni, fl-ansjetà, fil-biżà. Imma hija wkoll komunità ttorturata mill-ansjetà tal-Assolut, fi stennija perenni tad-dawl soprannaturali, f’riċerka sofferta tal-verità u tal-ferħ awtentiku, fi mpenn serju u sever min-naħa ta’ bosta setturi u individwi ta’ konvivenza ġusta, serena, operanti, imdawla u diretta tal-valuri tat-tieba, tal-karità, tal-innoċenza u tal-paċi vera.
Sewwa, din il-“komunità” qiegħda tistenna lilkom, ministri tal-kleru u saċerdoti żgħażagħ, biex ikollha l-messaġġ u l-kontenut tar-“rikonċiljazzjoni nisranija”! Dmir sublimi u stupend, li għalih Alla nnifsu għażilkom permezz tal-vokazzjoni u qiegħed jiffurmakom f’dawn is-snin ta’ xogħol qawwi spiritwali u kulturali.
Infatti, is-saċerdot huwa dak li sab it-“teżor moħbi” tal-verità rivelata minn Kristu u mgħallma mill-Knisja, u l-“perla prezzjuża tal-grazzja santifikanti u sagramentali, u kollox iħalli biex jakkwista tali patrimonju ta’ rikkezza divina u eterna, biex imbagħad iwasslu b’konvinzjoni u ġenerożità lill-komunità tal-bnedmin.
Ir-“rikonċiljazzjoni nisranija” tesiġi qabel kollox l-aħbar serena u integra tan-“novità”suprema u kbira mwassla minn Kristu dwar il-prospettiva eterna tal-eżistenza umana, ‘il hemm miż-żmien u mill-istorja; u mela tinkludi s-sejħa tal-bnedmin kollha għall-għarfien tal-verità u għall-impenn fil-karità u fil-qdusija. “Din infatti hija l-ħajja eterna – jgħid Ġesù – li jafu lilek, l-uniku veru Alla, u dak li bgħatt, Ġesù Kristu” (Ġw 17, 3).
Ir-“rikonċiljazzjoni nisranija” titlob imbagħad f’kull żmien u f’kull post il-passaġġ doloruż permez tal-passjoni u l-mewt tas-salib, għaliex mhijiex formula maġika jew fatt mekkaniku, imma hija ġlieda kontra l-iżbal u kontra l-ħażin; u hija aċċettazzjoni tal-avversjonijiet eventwali u kontestazzjonijiet, li jfakkruna f’dak li kien jgħid San Pawl: “Spe gaudentes, in tribulatione patientes” (Rm 12, 12).
Imma aħna nafu li Alla huwa għalina: u allura, min se jkun kontrina? (cf. Rm 8, 31). Il-qaddisin u l-martri jgħallmuna li fl-opra tas-salvazzjoni tal-erwieħ matul l-istorja ta-Knisja mhijiex kwistjoni ta’ bidla jew ta’ restawrazzjoni, imma ta’ kontinwità fil-mixja mfassla mir-Redentur divin. Jistgħu jilħquna – kf jgħid San Pawl – it-tribulazzjoni, il-qtugħ il-qalb, il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, il-periklu, ix-xabla: imma xejn u ħadd ma jist jifridna mill-imħabba ta’Kristu (cf. Rm 8, 35). Huwa biss hu d-dawl u t-triq! “F’dawn il-ħwejjeġ aħna iktar minn rebbieħa bis-saħħa ta’ dak li ħabbna” (Rm 8, 37).
3. Kunu mela intom imfawra bit-tama u bil-kuraġġ! Jistà wkoll ji jiġri wkoll għalikom li biex tkunu fidili għall-verità u bieżla fil-ministeru pastorali, ikollkom tiżirgħu fid-dmugħ; imma ibqgħu ċerti: li taħsdu fil-ferħ! Bħalma jgħid is-Salmista: “Huma u sejrin, imorru jibku, iġorru ħ-żerriegħa għaż-żrigħ. Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, iġorru l-qatet f’idejhom” (Ps 125, 6).
Ipprofondixxu b’attenzjoni il-materji tejoloġiċi differenti, kunu fidili għall-maġisteru tal-Knisja, iffurmaw ruħkom fil-virtù, permezz tat-talb, il-mortifikazzjoni u direzzjoni serja spiritwali: afdaw f’Marija Santissma, u ibqgħu ċerti li l-komunità tal-bnedmin se tifhem il-valur u tħoss il-bżonn tar-rikonċiljazzjoni nisranija”, li intom se ġġibu b’żelu u mħabba. Tgħinkom u tispirakom dejjem fl-intenzjonijiet tagħkom Sant’Anjese, il-protetriċi ċelesti tagħkom!
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb