Talb tal-interċessjoni. Ir-3 Ħadd tal-Għid

V… Il-Kelma ta’ Alla li għadna kemm smajna tfakkarna li l-Mulej Irxoxt jimxi magħna f’kull mument ta’ ħajjitna. Ejjew ngħollu t-talba tagħna lejn il-Missier, filwaqt li nitolbuh jikkonverti qlubna u jagħtina l-ferħ tal-Għid. Nitolbu flimkien: Imliena bil-ferħ tiegħek, Mulej.

1. Għall-Knisja tiegħek biex tkun sinjal ħaj ta’ tama u ferħ fid-dinja u tkun xhieda ħajja tal-imħabba li tegħleb id-dlam. Nitolbu

2. Għal kull min għandu r-responsabbiltà li jiggverna biex jieħu deċiżjonijiet tajbin, jaqdi l-ġid komuni b’integrità u b’kuraġġ, u jibni s-soċjetà fejn isaltnu s-solidarjetà u l-ġustizzja. Nitolbu

3. Għall-popli kollha tad-dinja, biex id-dawl tal-Għid il-Kbir iġib il-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni, u jneħħi kull forma ta’ vjolenza u oppressjoni; jalla jsibu fi Kristu Rxoxt il-faraġ u s-saħħa biex ma jitilfux it-tama. Nitolbu

4. Għalina biex tagħtina l-grazzja li minkejja d-diżappunti u l-għejja li ħafna drabi nħabbtu wiċċna magħhom, inkunu kapaċi nagħrfu l-preżenza kontinwa tiegħek f’ħajjitna. Nitolbu

V… Aċċetta, O Missier, it-talb tagħna biex, imdawlin bid-dawl ta’ Ibnek, nikbru fil-fidi u nxandru bil-ferħ ir-rebħa tal-ħajja. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading