ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA F’SAN CARLO AL CORSO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika dei SS. mi Ambrogio u Carlo al Corso
Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 1985
“Int Ibni l-għażiż, fik sibt l-għaxqa tiegħi ” (Mc 1,11).
1. Din il-proklamazzjoni sollenni ġejja mis-sema, għeżież ħuti, issib diwi vibranti fil-profondità tal-intimu tagħna.
“Int Ibni l-għażiż”.
Din hija x-xhieda li ssiġellat il-Magħmudija ta’ Ġesù fl-ilmijiet tal-Ġordan fil-bidu tal-ħajja pubblika, waqt li l-Ispirtu Santu niżel fuqu taħt sura ta’ ħamiema.
Din hija l-affermazzjoni tal-prerogattiva suprema li timmarka l-itinerarju terren ta’ Kristu.
Din hija l-garanzija tal-preżenza tiegħu fl-istorja umana minn seklu għal ieħor, minn millennju għal ieħor, sa meta huwa jerġà jiġi, fi tmiem iż-żmien.
“Int Ibni l-għażiż”.
Din hija l-verità li tinsab fis-sors taċ-ċertezza tagħna u fis-sies tat-tamiet tagħna.
Din hija l-qalb tal-patrimunju duttrinali tal-Knisja, li, f’sintonija mal-ewwel Pietru, tkompli tagħmel propja dik l-attestazzjoni ċelesti, li tipprofessa l-Mulej tagħha: iva “Int il-Messija, Bin Alla l-ħaj” (Mt 16,16).
2. Taħt il-ħnejjiet ta’ din il-bażilika kbira, li fiha – flimkien ma’ dawk li jagħmlu parti mill-arċikonfraternità tal-qaddisin Ambroġ u Karlu – llum inġabret rappreżentanza numeruża tal-Azzjoni kattolika dijoċeżana, il-kliem ikkwotat tal-Vanġelu tallum jidwi b’aċċent partikolari fil-memorja li ma tmut qatt ta’ San Karlu Borromeo.
F’Novembru li għadda, li ħabat it-rabà ċentinarju ta’ mewtu, jiena wettaqt partijiet mill-pellegrinaġġ tiegħu, u waqaft fuq ċerti passi li huwa ttimbra fil-ġografija reliġjuża u ċivili tal-art ambrożjana.
Illum, f’kollegament ideali ma’ dak il-vjaġġ u kważi summarju naturali tiegħu, qed nieħu gost nieqaf fil-knisja li fost dawk sagri għar-ragħaj il-kbir fiċ-ċentru tal-kristjanità, għandha l-privileġġ li tgħasses għal sekli, bħala relikwa prezzjuża u singolari, lil qalbu.
Lil dik il-qalb, li kienet taf it-taħbit tal-karità ħelwin u serji u tal-pastoralità pronta u qalbiena, jiena nirrendi l-qima tiegħi ferventi, devota u mqanqla.
Dan nagħmlu billi nidentifika ruħi fit-talb li bih huwa temm il-priedka ppronunzjata fil-katidral ta’ Milan nhar is-27 ta’ Mejju 1584, ftit xhur qabel ma miet:
“Mulej, aħna nagħrfu x’ħaġa kerha u mostruża li bnedmin tal-laħam ikollhom qlub tal-ħadid. Imma jekk qlubna jsiru tant iebsa, kif nistgħu nirrenduhom iktar ħelwin? . . . Int, Mulej, tistà wkoll mill-ġebel toħroġ ulied ta’ Abraham. Dan huwa propju d-dmir tiegħek. Hekk hu, aħna nippreżentawlek u noffrulek qlubna kif inhuma. Inti tiftakar il-kelma divina tiegħek, li biha wgħedt, permezz tal-profeta Eżekjel, li tneħħi minna il-qalb iebsa tal-ġebel biex tibdelhielna ma waħda tal-laħam. Neħħilna mela qlubna u tina dawk li jogħġbu lilek”.
3. Din l-invokazzjoni passjonali, tevalwixxi t-tislim, li nagħmel bi mħabba kbira lil dawk li jiffurmaw l-assembleja liturġika preżenti.
Insellem bi ħsieb speċjali lill-kardinal vigarju Ugo Poletti, li huwa wkoll titulari ta’ din il-bażilika; insellem miegħu lill-Isqof awżiljarju Monsinjur Clemente Riva u l-komunità tal-patrijiet Rosminjani, li lilhom huwa afdat il-kult liturġiku u l-kura pastorali ta’ din il-knisja.
Insellem lilkom, għeżież diriġenti, konfratelli u konsorelli tal-arċikonfraternità tal-Qaddisin Ambroġ u Karlu tal-art Lombarda, l-istituzzoni antikissma marbuta b’mod strett mat-tifkira tal-Knejjes tal-Lombardija, partikolarment ta’ dik Milaniża, fil-Belt.
L-istorja ta’ dan il-bini sagru glorjuż jintrabat, sa mill-jiem ewlenin tiegħu, mal-istorja tas-sodalizju tagħkom, inizjalment imwieled f’isem San Ambroġ, li għalih jappartieni wkoll Karlu Borromeo. Kienet, infatti, l-konfraternità, flimkien ma ekkleżjastiċi eminenti, li riedu, ftit wara l-kanonizzazzjoni ta’ San Karlu, li , maġemb l-oratorju mibni ad unur ta’ Ambroġ, jinbena tempju monumentali ikkonsagrat lill-istilla l-oħra tal-katedra Medjojanensi.
In-nies Lombardi imdaħħla fit-tessut ekkleżjali u ċivili ta’ Ruma esprimew f’dan il-ġebel l-idea tal-ħajja tagħhom, ix-xhieda tal-fidi u tax-xogħol iebes tagħhom, u għamlu minn San Carlo al-Corso iċ-ċentru mutur tal-prattika reliġjuża, tal-opri ta’ apostolat u ta’ ksrità, li ffjorixxew għad-dell tal-koppla aġili.
Bażilika Lombarda u fl-istess ħin Rumana, mela, mimlija tifkiriet. Achille Ratti, il-futur Piju XI, iċċelebra l-ewwel quddiesa fuq l-altar ta’ San Karlu. San Ġwanni XXIII, li kien irċieva fost dawn il-ħitan l-ordinazzjoni episkopali, ġie hawn f’pellegtinaġġ devot nhar l-4 ta’ Novembru 1962. Pawlu VI, ftit jiem biss wara l-elezzjoni tiegħu għall-katedra Rumana, 29 ta’ Ġunju 1963, laqà hawn, f’konvenju ta’ talb li kellu l-karattru ta’ tislima, lill-pellegrini tad-dijoċsijiet ta’ Milan u Brescia, li kienu ġew Ruma għall-inkuranizzjoni tiegħu. Dawn huma biss ftit mill-bosta tifkiriet li bihom hija maħduma l-istorja sekulari, li intom qegħdin tgħaddu lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda.
Jiena ċert li l-fedeltà għal tixbiħa hekk profonda hija għalikom stimulu urġenti biex tikkorrispondu għall-urġenza tal-evanġelizzazzjoni, skont il-linja li ndikajt lill-konfraternità fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni ġubilari tagħhom fl-ewwel ta’ April tas-sena l-oħra. Urġenza destinata li tesprimi lilha nfisha f’“inizjattivi kemm għall-formazzjoni reliġjuża, ekkleżjali u pastorali tal-membri, kif ukoll favur il-klassijiet differenti li fihom huwa possibli li tkun introdotta l-ħmira tal-Vanġelu” (Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/1 [1984] 902).
Hemm ħafna xogħol x’jitwettaq f’din id-direzzjoni. Nawgura li l-assoċjazzoni tagħkom, li fiha tminn snin ilu, fil-festa tal-Epifanija, kirnu ngħaqdu membri ġodda, tikber u titqawwa iktar, b’mod li ssolvi d-dmirijiet tagħha b’ħeġġa li tiddistingwi l-ħajja u l-oħra ta’ Ambroġju u Karlu, u li hija parti sustanzjali tal-wirt spiritwali tagħhom.
4. Nindirizza issa lilkom, għeżież diriġenti u membri tal-Azzjoni kattolika Rumana, li għażiltu din il-festa liturġika u dan il-post biex tirrinfreskaw il-proposti tagħkom u terġgħu tagħtu l-ħajja lill-programmi tagħkom. Il-preżenza tagħkom timlieni bil-ferħ. Qalbi ta’ isqof ta’ Ruma tifraħ intensament bid-determinazzjoni tagħkom, Nifraħ inkun naf li għal din iċ-ċelebrazzjoni l-Azzjoni kattolika attribwiet is-sinifikat ta’ stadju fundamentali u deċiżiv taż-żieda promettenti fis-seħħ fl-assoċjazzjonijiet, b’mod speċjali f’dawk taż-żgħażagħ u tat-tfal.
Nittama li l-anniversarju tallum tal-Magħmudija ta’ Ġesù, iċċelebrat mal-Papa taħt il-patroċinju ta’ San Karlu, jimmarka tassew qawmien mill-ġdid spiritwali u organiżattiv. Jalla jkun sors ta’ impetu ġdid u ta’ entużjażmu ġdid. Jalla l-ispinta effettiva u irriversibli għal rinġovinament tal-ideali u tal-formula tal-Azzjoni kattolika, f’armonija sħiħa mad-direttivi ekkleżjali u fi tweħiba ġeneruża għall-bżonn tas-soċjetà moderna.
Nixtieq li kliemi, sempliċi u kordjali, qawwi u fiduċjuż, ikunilkom ta’ xprun għat-tisħiħ tal-fidi, għaż-żelu tal-azzjoni, għall-kuraġġ tas-sagrifiċċju.
L-impenji aċċettati b’attakkament mal-Azzjoni kattolika huma emanazzjoni pekuljari tar-realtà tal-Magħmudija. B’kombinazzjoni diretta mal-iskop apostoliku tal-Knisja; bir-rabta speċjali mal-ġerarkija; bir responsabiltà speċifika identifikata għal-lajkat minħabba li hi tali (cf. Apostolicam actuositatem, 20).
5. Fl-aħħar għaxriet ta’ snin il-papiet Rumani bosta drabi ddikjaraw li din tagħna hija l-epoka tal-azzjoni.
Jiena dan intennih lilkom illum, b’enerġija identika u persważjoni. Din hija s-siegħa tal-azzjoni! Inċertezzi, żmarrimenti, stennija passiva m’għandhomx jirritornaw iktar. Il-vokazzjoni nisranija ma tammettix pawsi ta’ ngħas ferm inqas ta’ rqad. Fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej hemm bżonn naħdmu bil-ħeffa, biż-żelu u bil-perseveranza. Fl-istruttura soċjali hemm bżonn ngħaddsu l-protejini tal-bxara t-tajba tal-Vanġelu. Ruma għandha bżonn immens, fi żmienna. U l-Azzjoni kattolika għandha tagħti l-kontribut propju b’koerenza, entużjażmu u ġenerożità.
San Karliu, ġenju ntramontabli tat-tiġdid post-tridentin, hu li kien fost l-ewlenin li assoċja l-lajċi fl-apostolat, jitkellem bl-eżempju ta’ ħajtu, indirizzata għat-talb, għall-azzjoni, għall-penitenza. Din, wieħed jistà jgħid, hija d-dimensjoni tripla tat-taħbit tal-kbira qalbu. Dan huwa it-trinomju li miegħu jaqbad sa mill-oriġni l-ispirtu tal-Azzjoni kattolika. Is-sigriet tal-vitalità tagħha, fit-triq tat-talb, tal-azzjoni, tas-sagrifiċċju id-distinzjoni riformatriċi tkunilkom ta’ gwida u ta’ sosten.
Għeżież,
Waqt li niċċelebraw il-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù, qlubna jitkebbsu biż-żelu li animaw il-qalb ta’ San Karlu, sabiex inkunu nistgħu kostantament ngħixu u noperaw b’koerenza sinċiera mad-dinjità ta’ wlied Alla, li kienet imsawba fuqna fil-Magħmudija. Hekk ikun għal kulħadd.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb