Fil-Quddiesa, fil-jiem li jwasslu għall-AVVENT, nisimgħu l-qari mill-ktieb tal-APOKALISSI ta’ San Ġwann. Forsi ma nifhmu xejn, u l-qari jġagħlna nistaqsu: “Jien x’nidħol f’dan,… illum? X’inhuma l-“ktieb issiġillat”, l-“erba’ Ħajjin” u l-“erbgħa u għoxrin xiħ”? Xi jfisser dan u aktar fis-simboli tal-Apokalissi? Hu lingwaġġ tqil imma imma jekk nieħdu interess li nitgħallmu nistgħu nsibu ħafna ħwejjeġ sbieħ f’dan il-ktieb li jkunu ta’ ġid għalina. Hawn xi ftit eżempji …
Il-“Ħajjin” u l-“għoxrin xiħ”
X’inhuma l-“ktieb issiġillat”, l-“erba’ Ħajjin” u l-“erbgħa u għoxrin xiħ”? Xi jfisser dan u aktar fis-simboli tal-Apokalissi? Hu lingwaġġ tqil, imma nistgħu nieħdu l-ġid minnu. L-erba’ “Ħajjin” u l-“erbgħa u għoxrin xiħ” jużaw is-sensi kollha tagħhom bex iqimu l-“Ħaruf”. Il-kant tagħhom, li jinstema’ mad-daqq tal-kitarra, it-tazzi tagħhom tad-deheb ileqqu u l-inċens ifuh huma offerta lill-“Ħaruf” rebbieh. Kull wieħed minna, skont it-talenti tiegħu, waħdu jew f’sinfonija ma’ oħrajn, jista’ juża s-sensi tiegħu biex ifaħħar lill-Mulej, bil-kant, bil-kitba, bil-pittura, bl-iskultura jew bl-arkitettura. Il-persuna kollha tagħna hi tista’ tfaħħar lil Alla
Il-“Ħaruf”
L-erba’ “Ħajjin” u l-“erbgħa u għoxrin xiħ” jużaw is-sensi kollha tagħhom bex iqimu l-“Ħaruf”. Il-kant tagħhom, li jinstema’ mad-daqq tal-kitarra, it-tazzi tagħhom tad-deheb ileqqu u l-inċens ifuh huma offerta lill-“Ħaruf” rebbieh. Kull wieħed minna, skont it-talenti tiegħu, waħdu jew f’sinfonija ma’ oħrajn, jista’ juża s-sensi tiegħu biex ifaħħar lill-Mulej, bil-kant, bil-kitba, bil-pittura, bl-iskultura jew bl-arkitettura. Il-persuna kollha tagħna hi tista’ tfaħħar lil Alla.
“Sema ġdida u art ġdida”
San Ġwann fl-Apokalissi jara “sema ġdida u art ġdida”; ‘il hemm milli tara l-midja llum bl-aħbarijiet li ġġibilna. Aħna għandna t-tama fil-grazzja tal-Qawmien li tirbaħ fuq dak li hu ikrah u qadim. Il-ħsieb tad-“d-dinja ġdida” jgħinna nesperimentaw it-tajjeb, l-aktar meta nagħtu sehmna fir-rebħa tiegħu.
“Il-ktieb iż-żgħir”
L-Apokalissi jsemmi l-‘ktieb iż-żgħir”.San Ġwann, li lilu nattribwixxu l-Apokalissi, jgħid li dehrlu anġlu u stiednu biex jiekol il-ktieb biex ikun jista’ jħabbar x’se jsir fil-ġlieda li se jkun hemm kontra Kristu. Dan hu eku tal-kmand li ġie mogħti lill-profeta Eżekjel bex jiekol il-parċmina ħalli jkellem lil dar Israel; parċmina “ħelwa daqs il-għasel”. Fl-Apokalissi, l-awtur isemmi l-“ktieb iż-żgħir” li hu ħelu biex tieklu imma jġib imrar f’min jieklu. Dan il-ktieb fih dwar il-ġlidiet terribbli kontra l-forzi tal-qirda imma jħabbar ukolli l-miġja ta’ dinja ġdida u l-belt li fiha aħna lkoll se nkantaw il-glorja ta’ Alla.
L-“144,000”
Fl-Apokalissi jissemma n-numru famuż: 144,000. Dan hu numru simboliku, magħmul minn 12 X 12 X 1000, mibni fuq it-tnax-il tribu’ ta’ Israel u jfisser il-poplu t’Alla fit-totalita’ tiegħu. Israel ma jirrappreżentax biss nazzjon imma l-poplu t’Alla kollu, dawk li jemmnu, Lhud tat-Testment il-Qadim u Lhud u Nsara tat-Testment il-Ġdid. In-numru 144,000 hu identiku għall-“kotra kbira, li ħadd ma jista’ jgħoddha”, minn kull ġens u lsien. Filwaqt li l-Bibbja tgħid li hemm jibqa’ barra, għax irid, mis-saltna, tafferma b’mod ċar li s-salvazzjoni hi mingħajr distinzjoni u restrizzjoni.
Minn Joe Galea