Il-Papa jitlob għall-Amerika Ċentrali milquta minn diżastri naturali.

Print Friendly, PDF & Email

Wara r-reċita tat-talba Marjana tal-Anġelus, il-Papa Franġisku ġedded il-qrubija tiegħu man-nies tal-Amerika Ċentrali affettwati minn uragani qawwija. B’mod partikolari, huwa semma l-gżejjer ta’ San Andrés, Providencia u Santa Catalina, kif ukoll il-kosta tal-Paċifiku fit-tramuntana tal-Kolombja.  “Nitlob għall-pajjiżi kollha li jbatu b’riżultat ta’ dawn id-diżastri,” huwa qal.

Waqt li kien qed isellem lil dawk preżenti fi pjazza San Pietru, l-Papa talab ukoll għat-tlettax-il membru ġdid tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Waqt li awgura mixja tajba f’dan iż-żmien tal-Avvent, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lin-nies biex “joħorġu xi ġid mis-sitwazzjoni diffiċli li l-pandemija qed timponi fuqna: sobrietà akbar, attenzjoni diskreta w rispettuża għall-ġirien li jista’ jkollhom bżonnha, ftit mumenti ta’ talb magħmul fil-familja b’sempliċità. Dawn it-tliet affarijiet se jgħinuna ħafna”, kkonkluda l-Papa Franġisku.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-francis-prays-for-central-america-hit-by-natural-disasters.html