Messaġġ mill-Papa lill-Patrijarka ta’ Kostantinopli fil-festa ta’ Sant’Andrija.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jibgħat messaġġ lill-Qdusija Tiegħu, l-Patrijarka Bartilmew I, Arċisqof ta’ Kostantinopli, fil-festa tal-Appostlu Andrija, patrun tal-Patrijarkat Ekumeniku. Fil-messaġġ, il-Papa Franġisku jgħidlu li “l-karità, l-ħeġġa appostolika u l-perseveranza ta’ Sant’Andrija, huwa sors t’ inkoraġġiment f’dawn iż-żminijiet diffiċli u kritiċi”.

Il-Papa enfasizza, “l-għoti tal-glorja lil Alla jsaħħaħ ukoll il-fidi u t-tama tagħna f’dik li laqgħet fil-ħajja eterna l-qaddis martri Andrija, li l-fidi tagħha baqgħet għaddejja fi żmien ta’ prova”.

“Flimkien mal-isfidi maħluqa mill-pandemija attwali”, l-Papa enfasizza wkoll li “l-gwerrer qed ikomplu jkissru ħafna partijiet tad-dinja, filwaqt li kunflitti ġodda qed jisirqu l-ħajja ta’ għadd ta’ rġiel u nisa”. Huwa jinnota li “l-inizjattivi kollha meħuda minn entitajiet nazzjonali w internazzjonali  mmirati lejn il-promozzjoni tal-paċi huma utli u meħtieġa”. Madankollu, l-Papa Franġisku jkompli li “l-kunflitt u l-vjolenza qatt ma jieqfu sakemm in-nies kollha jilħqu għarfien aktar profond li għandhom responsabbiltà reċiproka bħal aħwa”.

Fid-dawl ta’ dan, il-Papa jindika li l-Knejjes Insara flimkien ma’ tradizzjonijiet reliġjużi oħra, “għandhom id-dmir primarju li joffru eżempju ta’ djalogu, rispett reċiproku u kooperazzjoni prattika”. Waqt li esprima l-gratitudni tiegħu lejn Alla, l-Papa jgħid li hu stess esperjenza “din il-fratellanza mill-ewwel”.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa Franġisku jirrikonoxxi li x-xewqa għal qrubija u ftehim dejjem akbar bejn l-Insara “kienet tidher fil-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli qabel ma l-Knisja Kattolika u Knejjes oħra mpenjaw ruħhom għad-djalogu”. Il-Papa jkompli jgħid li dan jista’ jidher b’mod ċar fl-enċiklika tas-Sinodu Mqaddes tal-Patrijarkat Ekumeniku ndirizzata lill-Knejjes madwar id-dinja eżatt mitt sena ilu, u li, huwa josserva, “li għadha relevanti llum”.

“Nistgħu nirringrazzjaw lil Alla li r-relazzjonijiet bejn il-Knisja Kattolika u l-Patrijarkat Ekumeniku kibru ħafna matul is-seklu li għadda, anke hekk kif inkomplu nixxenqu għall-għan tar-restawr tal-komunjoni sħiħa espress permezz tal-parteċipazzjoni fl-istess altar Ewkaristiku”, jgħid il-Papa Franġisku.

Waqt li jirrikonoxxi li għad hemm ostakli fit-triq lejn l-għaqda, l-Papa jgħid ukoll li huwa kunfidenti li billi “nimxu flimkien fl-imħabba reċiproka u nsegwu djalogu teoloġiku, se nilħqu dak l-għan”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-francis-charity-of-st-andrew-encouragement-in-difficult-ti.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading