Il-Papa Franġisku ser iżur l-Iraq f’Marzu li ġej

Il-Papa Franġisku ser iżur l-Iraq, l-ewwel Vjaġġ Appostoliku tiegħu fi 15-il xahar

Il-Papa Franġisku mistenni jwaqqaf waqfa ta’ 15-il xahar mill-ivvjaġġar internazzjonali b’dik li żgur hi żjara storika fin-nazzjon tal-Lvant Nofsani tal-Iraq. Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, t-Tnejn ta l-aħbar u żied li l-Papa aċċetta l-istedina tar-Repubblika tal-Iraq u tal-Knisja Kattolika Lokali. Il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa ser ikun mill-5 sat8 ta’ Marzu 2021.

Se jkun Vjaġġ Appostoliku li jkopri erbat ijiem u erba’ provinċji Iraqini. “Huwa se jżur Bagdad, il-pjanura ta’ Ur, marbuta mal-memorja ta’ Abraham, il-belt ta’ Erbil, kif ukoll Mosul u Qarqosh fil-pjanura ta’ Ninive”.

Il-Papa Franġisku ilu jesprimi x-xewqa tiegħu li jżur l-Iraq. Fl-10 ta’ Ġunju 2019 diġà kien qal f’laqgħa tal-aġenziji tal-għajnuna Kattolika li huwa ppjana li jagħmel vjaġġ lejn l-Iraq fl-2020. “Naħseb kontinwament fl-Iraq – fejn irrid immur s-sena dieħla – bit-tama li jista’ jiffaċċja l-futur permezz tat-tfittxija paċifika u kondiviża tal-ġid komuni min-naħa ta’ l-elementi kollha tas-soċjetà nkluż dak reliġjuż, u ma jaqax lura f’ostilitajiet imqanqla mill-kunflitti tal-poteri reġjonali”.

Skond il-Kardinal Louis Raphael Sako, l-Patrijarka ta’ Babilonja tal-Kaldin, il-Papa Franġisku se jirċievi merħba entużjastika fl-Iraq. Huwa qal lill-aġenżija tal-aħbarijiet SIR sena ilu li “kulħadd fl-Iraq, Insara u Musulmani, jistmwah għas-sempliċit u l-viċinanza tiegħu. Kliemu jmiss il-qlub ta’ kulħadd għax huma dawk ta’ ragħaj. Huwa raġel li jġib il-paċi”.

Il-Kardinal innota liż-żjara tal-Papa tasal fi żmien meta n-nies tal-pajjiż qed jiffaċċjaw sfidi kbar: “Qegħdin ngħixu f’sitwazzjoni ħażina – mhux biss il-pandemija iżda wkoll is-sitwazzjoni ekonomika”, huwa qal.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-apostolic-journey-iraq-march-2021.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.