Il-Papa jitlob għal Ruma u għad-dinja f’riġlejn il-Madonna


It-Tlieta fis-7 ta’ filgħodu, l-Papa Franġisku mar fi Piazza di Spagna biex jesprimi att privat ta’ venerazzjoni lill-Immakulata Kunċizzjoni, fil-jum li fih jiġi mfakkar dan il-misteru fil-liturġija.

Skont dikjarazzjoni maħruġa lill-ġurnalisti mid-direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni: “Bl-ewwel dawl tax-xemx, taħt ix-xita, l-Papa Franġisku poġġa bukkett ward fil-qiegħ tal-kolonna fejn tinsab l-istatwa tal-Madonna, u dar lejha fit-talb, sabiex tkun tista’ tħares bi mħabba lil Ruma u l-abitanti tagħha, billi feda f’Marija l-belt u d-dinja kollha li huma milquta mill-mard u l-iskoraġġiment”.

Wara li talab quddiem l-istatwa tal-Madonna fi Piazza di Spagna, l-Papa Franġisku mar fil-Bażilka ta’ Santa Maria Maggiore fejn talab quddiem l-ikona Maria Salus Popoli Romani u ċċelebra Quddiesa fil-kripta tat-Twelid.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-piazza-spagna-st-mary-major-immaculate-conception-prayer.html

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.