Il-Vatikan japprova t-tilqim għall-Covid-19.


F’Nota li ħarġet mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tqis li “huwa moralment aċċettabli li tirċievi vaċċini għall-Covid-19 li użaw linji ta’ ċelloli minn feti abortiti fir-riċerka u l-proċess ta’ produzzjoni tagħhom”.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija li għaddejjin minnu, “t-tilqim kollu rikonoxxut bħala klinikament sigur u effettiv jista’ jintuża f’kuxjenza tajba b’ċertu għarfien li l-użu ta’ dawn il-vaċċini ma jikkostitwixxix kooperazzjoni formali mal-abort li minnu ħarġu ċ-ċelloli użati fil-produzzjoni tal-vaċċini”.

Id-dokument tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, ġie ppubblikat, hekk kif bosta pajjiżi qegħdin jippreparaw biex jimplimentaw kampanji għat-tilqim, kif ukoll biex jiċċara dubji u mistoqsijiet li tqajmu minn xi isqfijiet u gruppi Kattoliċi minħabba t-tħassib tagħhom dwar l-użu ta’ dawn il-vaċċin.

Il-Kongregazzjoni tgħid li m’għandhiex “l-intenzjoni li tiġġudika s-sigurtà u l-effikaċi tal-vaċċini attwali kontra l-Covid-19”, imma hija fir-responsabbiltà ta’ riċerkaturi bijomediċi u aġenziji tad-droga. Pjuttost, il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi tiffoka fuq l-aspetti morali li tirċievi vaċċini żviluppati bl-użu ta’ linji taċ-ċelloli minn tessut miksub minn żewġ feti li ġew abortiti fis-sittinijiet.

Il-Kattoliċi huma pprojbiti milli ‘jikkoperaw’ mal-abort, għalhekk “id-dmir morali li tiġi evitata kooperazzjoni materjali passiva bħal din mhuwiex obbligatorju, peress li jeżisti periklu serju fil-forma ta’ tixrid li ma jistax jinżamm tixrid inkontenibbli li jikkawża  mard serju”.

Fin-nota li ħarġu l-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi qalu li t-tilqim mhuwiex ‘obbligu morali’, iżda li dawk li jirrifjutaw it-tilqim għandhom jieħdu passi biex jevitaw li jittrażmettu l-virus u li jħarsu l-ġid komuni. “Fin-nuqqas ta’ mezzi oħra biex twaqqaf jew saħansitra tipprevjeni l-epidemija, l-ġid komuni jista’ jirrakkomanda tilqim, speċjalment biex tipproteġi lil dawk l-aktar dgħajfa u l-aktar esposti”.

Intant, is-servizz tas-saħħa tal-Vatikan ħabbar li se jibda jlaqqam ir-resident u l-impjegati tas-Santa Sede matul l-ewwel xhur tal-2021.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.thetablet.co.uk/news/13687/vatican-endorses-covid-vaccines

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.