Kriżi, bħall-pandemija attwali, “tista’ tkun ta’ benefiċju għalina lkoll”, jekk nieħduha f’opportunità għal konverżjoni u awtentiċità mġedda, billi nħallu lilna nfusna mmexxija mill-Ispirtu b’kuraġġ w umiltà. Minn naħa l-oħra, jekk il-kriżi titqies bħala kunflitt, se toħloq id-diżgwid, kompetizzjoni u għedewwa.
Il-Papa Franġisku għamel dan il-punt, fl-indirizz lill-membri tal-Kurja Rumana u lid-diversi dipartimenti tas-Santa Sede, u l-korpi ċentrali tal-Vatikan, it-Tnejn 21 ta’ Diċembru. Fil-laqgħa tradizzjonali ta’ qabel il-Milied li hu jagħmel kull sena magħhom, huwa nnota li meta “nikkontemplaw il-misteru tal-Inkarnazzjoni, qabel it-tifel ġie mimdud fil-maxtura, iżda wkoll fil-Misteru tal-Għid, fil-preżenza tal-Imsallab, aħna nsibu l-post xieraq tagħna, meta nkun żarmati, umli, u bla pretensjoni”.
Huwa fakkar fil-figuri Bibliċi, bħala Abraham, Mosè, Ġwanni l-Battista, Pawlu u anke Ġesù nnifsu, li kienu ‘mgħarbula’ minn diversi kriżijiet u li wrew li Alla qatt ma jabbanduna. “Din ir-riflessjoni dwar il-kriżi twissina kontra li niġġudikaw il-Knisja bil-għaġla fuq il-bażi tal-kriżijiet ikkawżati minn skandli tal-passat u tal-preżent”. Il-Papa nnota li fil-Kurja, hemm ħafna nies li bil-ħidma dikreta, bla pretensjoni, onesta u professjonali tagħhom, huma xhieda ħajja tal-fatt li l-Mulej ma abbandunax lin-nies tiegħu. “L-unika differenza hija li l-problemi jispiċċaw immedjatament fil-gazzetti, filwaqt li sinjali ta’ tama jagħmlu l-aħbarijiet biss aktar tard, jekk jagħmlu”.
Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ biex wieħed ma jħawwadx il-kriżi mal-kunflitt. “Il-kunflitt huwa traċċa falza li twassalna żvijati, bla għan, bla direzzjoni, ħela t’ enerġija u okkażjoni għall-ħażen”. “L-ewwel ħażen li l-kunflitt iwassalna għalih, u li rridu nippruvaw nevitaw, huwa tpaċpic fuq l-oħrajn, zekzik, li jwaqqgħana ħażin, li jdejjaqna u li nħossuna sofokanti”. U l-mument ta’ kriżi jinbidel f’kunflitt.
Il-Papa Franġisku rrimarka li kull kriżi fiha talba xierqa għal tiġdid u l-kuraġġ u li tkun kompletament miftuħa. “Aħna mhux imsejħin biex nibdlu jew nirriformaw il-Ġisem ta’ Kristu”, għax Ġesù huwa l-istess “ilbieraħ, illum u għal dejjem”, “imma aħna msejħin biex nilbsu dak il-Ġisem b’ilbies ġdid sabiex il-grazzja li nirċievu tkun tidher ċara li mhux ġejja minna nfusna, imma minn Alla”.
Għalhekk, il-Papa nnota li kriżi hija żmien ta’ grazzja mogħtija lilna biex niddixxernu r-rieda t’Alla għal kull wieħed u waħda minna u għall-Knisja kollha. Huwa essenzjali li ma ninterrompux id-djalogu tagħna ma’ Alla, minkejja li dan jista’ jkun diffiċli. U f’dan, it-talb jippermettilna “nittamaw kontra kull tama”.
Minbarra dan id-diskors lill-Kurja Rumana, il-Papa Franġisku kellem ukoll lill-ħaddiema tal-Vatikan u saħaq fuq tliet kelmiet, Niskopru – Nikkontemplaw – Inħabbru. Tista’ tara dan id-diskors kollu bil-Malti minn hawn … https://www.laikos.org/papa_frangisku_diskors_impjegati_21122020.htm
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-curia-christmas-message-crisis-conflict.html