Ir-Reġina turi l-fidi nisranija tagħha


Irreferiet għall-attwalità tal-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb

Għal sena oħra, ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra fil-Messaġġ tagħha għall-Milied, mimli kliem ta’ kuraġġ u tama, reġgħet uriet x’mara ta’ fidi Nisranija hi!

Impressjonanti tisma’ Kap ta’ Stat tant sekularizzat tagħmel riferenza wara l-oħra għal Ġesù Kristu, li “t-tagħlim tiegħu”, tenniet, “serva bħala d-dawl ġewwieni tiegħi, kif għamel dak is-sens ta’ skop li nsibu meta ninġabru flimkien għall-qima [lil Alla]”. Irreferiet għall-attwalità tal-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, “storja mill-isbaħ ta’ tjieba u ħniena”, li speċjalment f’dan iż-żmien ta’ pandemija qed tfakkarna li “kull wieħed u waħda minna hu speċjali u ndaqs f’għajnejn Alla”. Tgħid b’kumbinazzjoni li dan il-kliem donnu eku ta’ dak li għadu kemm qed jgħidilna l-Papa Franġisku fl-Enċiklika “Fratelli tutti”, mibnija fuq l-istess parabbola?

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.