Wara t-terremot tal-Kroazja


Il-Papa Franġisku jappella għall-għajnuna għal Kroazja li ntlaqat minn terremot

Il-Papa Franġisku qal li qed jitlob għall-vittmi tat-terremot li laqat liċ-ċentru tal-Kroazja fejn qatel seba’ persuni u darab aktar minn 20 persuna. Dan it-terremot ikkawża ħsarat estensivi.

Waqt li kien qed jitkellem fl-Udjenza Ġenerali ta’ kull ġimgħa, il-Papa qal: “Nesprimi l-qrubija tiegħi għall-midruba u għal dawk li ġew affettwati mit-terremot u nitlob b’mod partikolari għal dawk li tilfu ħajjithom u għall-familji tagħhom”.

It-terremot ta’ nhar it-Tlieta mmarka qawwa ta’ 6.4 fuq l-iskala Richter u kien it-tieni wieħed f’jumejn li laqat iż-żona. It-theżżiżiet inħassu fil-belt kapitali tal-Kroazja, Żagreb u nħass ukoll fis-Serbja, l-Bosnija Herzagovina, kif ukoll f’parti mill-Awstrija. Is-Slovenja bħala prekwazjoni għalqet l-uniku impjant nukleari tagħha.

Il-Papa Franġisku appella lill-mexxejja tal-pajjiż, biex ikunu megħjuna mill-komunità internazzjonali biex itaffu malajr it-tbatija tal-popolazzjoni għażiża milquta mit-terremot. L-iktar bliet milquta jidhru li huma dawk ta’ Petrinja, Glina, Sisak u Zazina.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-appeal-audience-croatia-earthquake.html

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.