L-Għanijiet tas-Sena “Familja Amoris Laetitia”

1, Li jixtered il-kontenut tal-eżortazzjoni appostolika “Amoris Laetitia”, biex “nuru kif l-Evanġelju tal-familja hu ferħ li ‘jimla l-qalb u l-ħajja kollha kemm hi” (AL 200). Familja li tiskopri u tesperjenza l-ferħ li jkollha rigal u li hi tkun rigal għall-Knisja u s-soċjetà, “tista ‘ssir dawl fid-dlam tad-dinja” (AL 66). U d-dinja llum teħtieġ dan id-dawl!

2. Li jkun proklamat li s-sagrament taż-żwieġ huwa don u għandu fih innifsu qawwa trasformattiva tal-imħabba tal-bniedem. Għal dan il-għan, hu meħtieġ li rgħajja u familji jimxu flimkien b’sens ta’ koresponsabbiltà u komplementarjetà pastorali bejn il-vokazzjonijiet differenti fil-Knisja (ara AL 203).

3. Li l-familji jsiru protagonisti tal-ministeru tal-familja. Għal dan il-għan, huwa meġtieġ “sforz evanġelizzanti u kateketiku dirett fil-familja” (AL 200), billi minn dixxiplu l-familja ssir ukoll familja missjunarja.

4. Li permezz ta’ inizjattivi ddedikati lilhom, iż-żgħażagħ jagħrfu l-importanza tal-formazzjoni fil-verità tal-imħabba u tal-għotja tagħhom infushom.

5. Li l-viżjoni u l-ħidma tal-pastorali tal-familja titwessa biex tilħaq firxa usa li tinkludi koppji miżżewġa, tfal, żgħażagħ, anzjani u sitwazzjonijiet ta’ fraġilità tal-familja.

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.